|
+Artikolu 48 1. |
Artikolu 48 1.Il-pjan ta’ żvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha msemmi fl-Artikolu 30(1), il-punt (b) għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat, inkluż l-iżvilupp tax-xenarju u valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistema. Il-parametri rilevanti tal-input għall-immudellar bħal suppożizzjonijiet dwar il-prezzijiet tal-fjuwil u tal-karbonju jew l-installazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu konsistenti bis-sħiħ mal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi żviluppata skont l-Artikolu 23. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha għandu, b'mod partikolari:
(a)
jibni fuq pjanijiet ta' investiment nazzjonali, filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet ta' investiment reġjonali kif imsemmijin fl-Artikolu 34(1) ta' dan ir-Regolament, u, jekk ikun il-każ, l-aspetti tal-Unjoni tal-ippjanar tan-netwerk, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 347/2013; għandu jkun soġġett għal analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-kostijiet permezz tal-metodoloġija stabbilita kif stipulat fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament;
(b)
rigward l-interkonnessjonijiet transkonfinali, jibni wkoll fuq il-ħtiġijiet raġonevoli tal-utenti differenti tas-sistema u jintegra impenji fit-tul mill-investituri, kif imsemmija fl-Artikoli 44 u 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944; u
(c)
jidentifika l-lakuni fl-investiment, b' mod partikolari, fir-rigward tal-kapaċitajiet transkonfinali. F'dak li għandu x'jaqsam mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, għandha tkun annessa mal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, reviżjoni tal-ostakoli għaż-żieda fil-kapaċitá transkonfinali tan-netwerk, li ġejjin mill-proċeduri jew prattiki ta' approvazzjoni differenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|