+Artikolu 48 Pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq perjodu ta' għaxar snin
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
|
Artikolu 48 Pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq perjodu ta' għaxar snin
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
Il-pjan ta’ żvilupp tan-network li jkopri l-Unjoni kollha msemmi fl-Artikolu 30(1), il-punt (b) għandu jinkludi l-immudellar tan-network integrat, inkluż l-iżvilupp tax-xenarju u valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistema. Il-parametri rilevanti tal-input għall-immudellar bħal suppożizzjonijiet dwar il-prezzijiet tal-fjuwil u tal-karbonju jew l-installazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu konsistenti bis-sħiħ mal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi żviluppata skont l-Artikolu 23. Il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha għandu, b'mod partikolari:
(a)
jibni fuq pjanijiet ta' investiment nazzjonali, filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet ta' investiment reġjonali kif imsemmijin fl-Artikolu 34(1) ta' dan ir-Regolament, u, jekk ikun il-każ, l-aspetti tal-Unjoni tal-ippjanar tan-netwerk, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 347/2013; għandu jkun soġġett għal analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-kostijiet permezz tal-metodoloġija stabbilita kif stipulat fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament;
(b)
rigward l-interkonnessjonijiet transkonfinali, jibni wkoll fuq il-ħtiġijiet raġonevoli tal-utenti differenti tas-sistema u jintegra impenji fit-tul mill-investituri, kif imsemmija fl-Artikoli 44 u 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944; u
(c)
jidentifika l-lakuni fl-investiment, b' mod partikolari, fir-rigward tal-kapaċitajiet transkonfinali.
F'dak li għandu x'jaqsam mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, għandha tkun annessa mal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, reviżjoni tal-ostakoli għaż-żieda fil-kapaċitá transkonfinali tan-netwerk, li ġejjin mill-proċeduri jew prattiki ta' approvazzjoni differenti.
|
|
Artikolu 48 2.
|
L-ACER għandha tagħti opinjoni dwar il-pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin biex tevalwa l-konsistenza tagħhom mal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha. Jekk l-ACER tidentifika inkonsistenzi bejn il-pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin u l-pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, hija għandha tirrakkomanda li jkun emendat kif xieraq il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin jew il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha. Jekk dan il-pjan ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin ikun elaborat skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944, l-ACER għandha tirrakkomanda lill-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti biex temenda l-pjan ta' żvilupp tan-netwerk nazzjonali fuq perjodu ta' għaxar snin skont l-Artikolu 51(7) ta' dik id-Direttiva u tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|