|
+Artikolu 54 2. |
Artikolu 54 2.Il-proċeduri adottati mill-entità tal-UE għad-DSO għandhom jissalvagwardjaw it-trattament ġust u proporzjonat tal-membri tagħha u għandhom jirriflettu l-istruttura ġeografika u ekonomika diversa tas-sħubija tagħha. B'mod partikolari, il-proċeduri għandhom jipprevedu li:
(a)
il-bord tad-diretturi jkun kompost mill-President tal-Bord u minn 27 rappreżentant tal-membri, li minnhom:
(i)
disgħa jkunu rappreżentanti ta' membri b'aktar minn miljun utent tal-grilja;
(ii)
disgħa jkunu rappreżentanti ta' membri b'aktar minn 100 000 u inqas minn miljun utent tal-grilja; u
(iii)
disgħa jkunu rappreżentanti ta' membri b'inqas minn 100 000 utent tal-grilja;
(b)
rappreżentanti ta' assoċjazzjonijiet eżistenti ta' DSO huma permessi li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-bord tad-diretturi;
(c)
il-bord tad-diretturi mhux permess li jkun magħmul minn aktar minn tliet rappreżentanti ta' membri bbażati fl-istess Stat Membru jew fl-istess grupp industrijali;
(d)
kull Viċi President tal-Bord huwa nnominat minn fost ir-rappreżentanti tal-membri f'kull kategorija deskritta fil-punt (a);
(e)
rappreżentanti ta' membri li huma bbażati fi Stat Membru wieħed jew l-istess grupp industrijali ma jikkostitwuwx il-maġġoranza tal-parteċipanti tal-Grupp ta' Esperti;
(f)
il-bord tad-diretturi jistabbilixxi grupp Strateġiku Konsultattiv li jipprovdi l-opinjoni tiegħu lill-bord tad-diretturi u l-Gruppi ta' Esperti u jikkonsisti f'rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet ta' DSOs Ewropej u rappreżentanti ta' dawk l-Istati Membri li mhumiex rappreżentati fuq il-bord tad-diretturi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|