+Artikolu 56 Konsultazzjonijiet fil-proċess ta' żvilupp tal-kodiċi tan-netwerk
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
|
Artikolu 56 Konsultazzjonijiet fil-proċess ta' żvilupp tal-kodiċi tan-netwerk
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 1.
|
Filwaqt li tipparteċipa fl-iżvilupp tal-kodiċijiet ġodda tan-netwerk skont l-Artikolu 59, l-entità tal-UE għad-DSO għandha twettaq proċess ta' konsultazzjoni estensiv, fi stadju bikri u b'mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, b'mod partikolari, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw tali partijiet ikkonċernati, skont ir-regoli ta' proċedura dwar konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 53. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-impriżi ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, l-utenti tas-sistema, inklużi l-klijenti, il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati. Il-konsultazzjoni għandha l-għan li tidentifika l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.
|
|
Artikolu 56 2.
|
Id-dokumenti u l-minuti kollha tal-laqgħat relatati ma' dawn il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu pubbliċi.
|
|
Artikolu 56 3.
|
L-entità tal-UE għad-DSO għandha tqis l-opinjonijiet mogħtija waqt il-konsultazzjonijiet. Qabel ma jiġu adottati l-proposti għall-kodiċijiet tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 59, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tindika kif qieset l-osservazzjonijiet li rċeviet waqt il-konsultazzjoni. Din għandha tagħti raġunijiet fejn hi ma tkunx qieset tali osservazzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|