|
+Artikolu 59 2. |
Artikolu 59 2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 li jissupplementaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-istabbiliment ta' kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma li ġejjin:
(a)
regoli dwar il-konnessjoni man-network inkluż regoli dwar il-konnessjoni ta’ faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, ta’ faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni u tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, il-konnessjoni ta’ unitajiet tad-domanda użati biex jipprovdu rispons tad-domanda, ir-rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja u utenti oħra tas-sistema, ir-rekwiżiti għal konnessjoni mal-grilja b’kurrent dirett b’vultaġġ għoli, ir-rekwiżiti għal moduli ta’ parks tal-enerġija konnessi b’kurrent dirett ta’ konverżjoni u l-istazzjonijiet ta’ konverżjoni ta’ kurrent dirett ta’ vultaġġ għoli mbiegħda, u l-proċeduri ta’ notifika operazzjonali għal konnessjoni mal-grilja;
(b)
regoli dwar l-iskambju ta' dejta, is-saldu u t-trasparenza, inklużi b'mod partikolari regoli dwar kapaċitajiet ta' trasferiment għal orizzonti ta' żmien rilevanti, stimi u valuri reali dwar l-allokazzjoni u l-użu ta' kapaċitajiet ta' trasferiment, tbassir u domanda reali tal-faċilitajiet u l-aggregazzjoni tagħhom inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' faċilitajiet, tbassir u l-ġenerazzjoni proprja ta' unitajiet ta' ġenerazzjoni u l-aggregazzjoni tagħhom inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' unitajiet, disponibbiltà u użu ta' netwerks, miżuri ta' ġestjoni tal-konġestjoni u dejta dwar is-suq tal-ibbilanċjar. Ir-regoli għandhom jinkludu modi li bihom l-informazzjoni tiġi ppubblikata, iż-żmien tal-pubblikazzjoni, l-entitajiet responsabbli għall-immaniġġar;
(c)
regoli ta' aċċess għal partijiet terzi;
(d)
proċeduri ta' emerġenza u restawr operazzjonali f'emerġenza inkluż pjanijiet tad-difiża tas-sistema, pjanijiet ta' restawr, l-interazzjonijiet tas-swieq, l-iskambju ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-għodod u l-faċilitajiet;
(e)
regoli speċifiċi għas-settur dwar l-aspetti taċ-ċibersigurtà għall-flussi transkonfinali tal-elettriku, inklużi regoli dwar rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-ġestjoni tal-kriżijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|