+Artikolu 59 Stabbiliment tal-Kodiċijiet tan-Netwerk
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 5.
---+Artikolu 59 6.
---+Artikolu 59 7.
---+Artikolu 59 8.
---+Artikolu 59 9.
---+Artikolu 59 10.
---+Artikolu 59 11.
---+Artikolu 59 12.
---+Artikolu 59 13.
---+Artikolu 59 14.
---+Artikolu 59 15.
|
Artikolu 59 Stabbiliment tal-Kodiċijiet tan-Netwerk
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 1.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament permezz tal-istabbiliment ta' kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma li ġejjin:
(a)
regoli ta' sigurtà u affidabbiltà tan-netwerk inklużi regoli għal kapaċità ta' riserva ta' trażmissjoni teknika għas-sigurtà operazzjonali tan-netwerk kif ukoll ir-regoli ta' interoperabbiltà li jimplimentaw l-Artikoli 34 sa 47 u l-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/944, inkluż regoli dwar l-istati tas-sistema, l-azzjonijiet ta' rimedju u l-limiti tas-sigurtà operazzjonali, il-kontroll tal-vultaġġ u l-ġestjoni tal-potenza reattiva, il-ġestjoni tal-kurrent f'ċirkwit kort, il-ġestjoni tal-flussi tal-enerġija, analiżi u mmaniġġjar tal-kontinġenzi, tagħmir u skemi ta' protezzjoni, skambju ta' dejta, il-konformità, it-taħriġ, l-analiżi tal-ippjanar operazzjonali u tas-sigurtà, il-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali, il-koordinazzjoni tal-indisponibbiltà, il-pjanijiet tad-disponibbiltà tal-assi rilevanti, analiżi tal-adegwatezza, servizzi anċillari, l-iskedar, u l-ambjenti ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali;
▼M2
(b)
regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni skont l-Artikoli 7 sa 10, 13 sa 17, 19 u 35 sa 37 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/944, inkluż regoli dwar il-metodoloġiji u l-proċessi tal-kalkolu tal-kapaċità ta’ ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u bil-quddiem, il-mudelli tal-grilja, il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti, ir-ridispaċċ u t-tpartit, l-algoritmi ta’ negozjar, l-akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, l-għażliet ta’ governanza differenti, is-sodezza tal-kapaċità transżonali allokata, id-distribuzzjoni tal-introjtu mill-konġestjoni, id-dettalji u l-karatteristiċi speċifiċi tal-għodod imsemmija fl-Artikolu 9(3) ta’ dan ir-Regolament b’referenza għall-elementi speċifikati fil-paragrafi (4) u (5) tiegħu, l-allokazzjoni u l-faċilitazzjoni tan-negozjar tad-drittijiet finanzjarji ta’ trażmissjoni għal żmien twil mill-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni kif ukoll il-frekwenza, il-maturità u n-natura speċifika ta’ tali drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil, l-iħħeġġjar tar-riskju tat-trażmissjoni transżonali, il-proċeduri ta’ nomina, u l-irkupru tal-kostijiet għall-allokazzjoni tal-kapaċità għall-ġestjoni tal-konġestjoni, u l-metodoloġija għall-kumpens tal-operaturi tal-impjanti tal-elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta għat-tnaqqis tal-kapaċità;
▼B
(c)
regoli li jimplimentaw l-Artikoli 5, 6 u 17 fir-rigward tal-kummerċ relatat mal-provvista teknika u operazzjonali tas-servizzi ta' aċċess għan-netwerk u l-ibbilanċjar tas-sistema inklużi regoli dwar ir-riserva tal-enerġija relatati man-netwerk, inklużi funzjonijiet u responsabbiltajiet, il-pjattaformi għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar, il-ħinijiet tal-għeluq, ir-rekwiżiti għall-prodotti tal-ibbilanċjar standard u speċifiċi, l-akkwist ta' servizzi tal-ibbilanċjar, l-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju ta' servizzi tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riservi, is-saldu tal-enerġija ta' bbilanċjar, is-saldu ta' skambji tal-enerġija bejn l-operaturi tas-sistema, is-saldu tal-iżbilanċi u s-saldu tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, il-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija, id-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza u l-parametri fil-mira, ir-riservi ta' konteniment tal-frekwenza, ir-riservi ta' restawr tal-frekwenza, ir-riservi ta' sostituzzjoni, l-iskambju u l-kondiviżjoni tar-riservi, il-proċessi ta' attivazzjoni traskonfinali tar-riservi, il-proċessi tal-kontroll tal-ħin u t-trasparenza tal-informazzjoni;
(d)
regoli li jimplimentaw l-Artikoli 36, 40 u 54 tad-Direttiva (UE) 2019/944, fir-rigward ta' forniment nondiskriminatorju u trasparenti ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza, inklużi regoli dwar l-kontroll tal-voltaġġ tal-istatiċità, l-inerzja, l-injezzjoni ta' kurrent b'reattività mgħaġġla, inerzja għall-istabbiltà tal-grilja, kurrent f'ċirkwit kort, l-abilità ta' startjar minn mitfi totali u l-abilità ta' operat ta' netwerk iżolat;
(e)
regoli li jimplimentaw l-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 17, 31, 32, 36, 40 u 54 tad-Direttiva (UE) 2019/944 fir-rigward tar-rispons tad-domanda, inklużi regoli dwar l-aggregazzjoni, il-ħżin tal-enerġija, u t-tnaqqis fid-domanda.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 67(2).
|
|
Artikolu 59 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 li jissupplementaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-istabbiliment ta' kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma li ġejjin:
▼M2
(a)
regoli dwar il-konnessjoni man-network inkluż regoli dwar il-konnessjoni ta’ faċilitajiet tad-domanda konnessi għat-trażmissjoni, ta’ faċilitajiet tad-distribuzzjoni konnessi għat-trażmissjoni u tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, il-konnessjoni ta’ unitajiet tad-domanda użati biex jipprovdu rispons tad-domanda, ir-rekwiżiti għall-konnessjoni tal-ġeneraturi mal-grilja u utenti oħra tas-sistema, ir-rekwiżiti għal konnessjoni mal-grilja b’kurrent dirett b’vultaġġ għoli, ir-rekwiżiti għal moduli ta’ parks tal-enerġija konnessi b’kurrent dirett ta’ konverżjoni u l-istazzjonijiet ta’ konverżjoni ta’ kurrent dirett ta’ vultaġġ għoli mbiegħda, u l-proċeduri ta’ notifika operazzjonali għal konnessjoni mal-grilja;
▼B
(b)
regoli dwar l-iskambju ta' dejta, is-saldu u t-trasparenza, inklużi b'mod partikolari regoli dwar kapaċitajiet ta' trasferiment għal orizzonti ta' żmien rilevanti, stimi u valuri reali dwar l-allokazzjoni u l-użu ta' kapaċitajiet ta' trasferiment, tbassir u domanda reali tal-faċilitajiet u l-aggregazzjoni tagħhom inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' faċilitajiet, tbassir u l-ġenerazzjoni proprja ta' unitajiet ta' ġenerazzjoni u l-aggregazzjoni tagħhom inkluż in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' unitajiet, disponibbiltà u użu ta' netwerks, miżuri ta' ġestjoni tal-konġestjoni u dejta dwar is-suq tal-ibbilanċjar. Ir-regoli għandhom jinkludu modi li bihom l-informazzjoni tiġi ppubblikata, iż-żmien tal-pubblikazzjoni, l-entitajiet responsabbli għall-immaniġġar;
(c)
regoli ta' aċċess għal partijiet terzi;
(d)
proċeduri ta' emerġenza u restawr operazzjonali f'emerġenza inkluż pjanijiet tad-difiża tas-sistema, pjanijiet ta' restawr, l-interazzjonijiet tas-swieq, l-iskambju ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-għodod u l-faċilitajiet;
(e)
regoli speċifiċi għas-settur dwar l-aspetti taċ-ċibersigurtà għall-flussi transkonfinali tal-elettriku, inklużi regoli dwar rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-ġestjoni tal-kriżijiet.
|
|
Artikolu 59 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ACER, mal-ENTSO għall-Elettriku, mal-entità tal-UE għad-DSO u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħrajn, kull tliet snin tistabbilixxi lista ta' prijoritajiet li tidentifika l-oqsma stipulati fil-paragrafi 1 u 2 li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk. Jekk is-suġġett tal-kodiċi tan-netwerk ikun direttament relatat mat-tħaddim tas-sistema ta' distribuzzjoni u mhux primarjament rilevantigħas-sistema ta' trażmissjoni, il-Kummissjoni tista' titlob lill-entità tal-UE għad-DSO, f'kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku, biex tlaqqa' kumitat għall-abbozzar u tippreżenta proposta għal kodiċi tan-netwerk lill-ACER.
|
|
Artikolu 59 4.
|
Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ACER sabiex din tippreżentalha fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx sitt xhur minn meta tirċievi t-talba tal-Kummissjoni linji gwida ta' qafas mhux vinkolanti li jistabbilixxu prinċipji ċari u oġġettivi għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk relatat mal-oqsma identifikati fil-lista ta' prijorità (linja gwida ta' qafas). It-talba tal-Kummissjoni tista' tinkludi kundizzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mil-linji gwida ta' qafas. Kull linja gwida ta' qafas għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq. Fuq talba raġunata mill-ACER, il-Kummissjoni tista' testendi il-perjodu għall-preżentazzjoni tal-linji gwida.
|
|
Artikolu 59 5.
|
L-ACER għandha tikkonsulta lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-entità tal-UE għad-DSO u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħrajn dwar il-linja gwida ta' qafas, matul perjodu ta' mhux inqas minn xahrejn, b'mod miftuħ u trasparenti.
|
|
Artikolu 59 6.
|
Meta tiġi mitluba, l-ACER għandha tippreżenta lill-Kummissjoni,linji gwida ta' qafas mhux vinkolanti skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 59 7.
|
Jekk il-Kummissjoni tqis li l-linji gwida ta' qafas ma jikkontribwixxux għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq, hija tista' titlob lill-ACER biex tirrevedi l-linji gwida ta' qafas f'perjodu raġonevoli, u terġa' tippreżentahom lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 59 8.
|
Jekk l-ACER tonqos milli tippreżenta jew li tippreżenta mill-ġdid il-linji gwida ta' qafas fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 4 jew 7, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-linji gwida ta' qafas inkwistjoni.
|
|
Artikolu 59 9.
|
Il-Kummissjoni għandha titlob lill-ENTSO għall-Elettriku jew, fejn previst fil-lista ta' prijorità msemmija fil-paragrafu 3, l-entità tal-UE għad-DSO f'kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku, biex jippreżenta lill-ACER proposta għal kodiċi tan-netwerk li jikkonforma mal-linja gwida ta' qafas, f'perjodu raġonevoli ta' mhux aktar minn 12-il xahar minn meta tirċievi t-talba tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 59 10.
|
L-ENTSO għall-Elettriku, jew fejn previst fil-lista ta' prijorità msemmija fil-paragrafu 3 l-entità tal-UE għad-DSO, f'koopereazzjoni mal-ENTO għall-Elettriku, għandu jlaqqa' kumitat għall-abbozzar biex jappoġġah fil-proċess ta' żvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk. Il-kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ACER, l-ENTSO għall-Elettriku, fejn xieraq l-entità tal-UE għad-DSOu ln-NEMOs, u għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin. L-ENTSO għall-Elettriku jew fejn previst fil-lista ta' prijorità skont il-paragrafu 3 l-entità tal-UE għad-DSO, f'kooperazzjoni mal-ENTSO għall-Elettriku għandu jiżviluppa proposti għal kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 meta hekk mitlub mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.
|
|
Artikolu 59 11.
|
L-ACER għandha tirrevedi l-kodiċi tan-netwerk propost biex tiżgura li l-kodiċi tan-netwerk li għandu jiġi adottat jikkonforma mal-linji gwida ta' qafas rilevanti u li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-suq, għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva u għall-funzjonament effiċjenti tas-suq u, għandha tippreżenta l-kodiċi tan-netwerk rivedut lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-proposta. Fil-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, l-ACER għandha tqis l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet kollha involuti waqt l-abbozzar tal-proposta mmexxija mill-ENTSO għall-Elettriku jew mill-entità tal-UE għad-DSO u għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-verżjoni li trid tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 59 12.
|
Meta l-ENTSO għall-Elettriku jew l-entità tal-UE għad-DSO jkunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-netwerk fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9, il-Kummissjoni tista' titlob lill-ACER biex tħejji abbozz ta' kodiċi tan-netwerk fuq il-bażi tal-linji gwida ta' qafas rilevanti. L-ACER tista' tniedi konsultazzjoni oħra matul it-tħejjija ta' abbozz ta' kodiċi tan-netwerk taħt dan il-paragrafu. L-ACER għandha tippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta' kodiċi tan-netwerk imħejji taħt dan il-paragrafu u tista' tirrakkomanda li jiġi adottat.
|
|
Artikolu 59 13.
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta, fuq inizjattiva tagħha stess, meta l-ENTSO għall-Elettriku jew l-entità tal-UE għad-DSO jkunu naqsu milli jiżviluppaw kodiċi tan-netwerk, jew l-ACER tkun naqset milli tħejji abbozz ta' kodiċi tan-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 12, jew fuq rakkomandazzjoni tal-ACER taħt il-paragrafu 11, kodiċi wieħed jew aktar tan-netwerk fl-oqsma elenkati fil-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 59 14.
|
Jekk il-Kummissjoni tipproponi l-adozzjoni ta' kodiċi tan-netwerk fuq inizjattiva tagħha, hija għandha tikkonsulta lill-ACER, lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-abbozz ta' kodiċi tan-netwerk matul perjodu ta' mhux inqas minn xahrejn.
|
|
Artikolu 59 15.
|
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tadotta u temenda l-linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 61. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-ENTSO għall-Elettriku li jiżviluppa gwida mhux vinkolanti fl-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 fejn tali gwida ma tkunx relatata mal-oqsma koperti minn talba indirizzata lill-ENTSO għall-Elettriku mill-Kummissjoni. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta kwalunkwe gwida bħal din lill-ACER għal opinjoni u għandu jqis dik l-opinjoni kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|