|
+Artikolu 63 4. |
Artikolu 63 4.Id-deċiżjoni li tagħti eżenzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tittieħed fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati. Eżenzjoni tista' tkopri l-kapaċità kollha jew parti minnha tal-interkonnettur il-ġdid, jew tal-interkonnettur eżistenti b'żieda sinifikanti tal-kapaċità. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba għall-eżenzjoni mill-aħħar awtoritajiet regolatorja kkonċernata, l-ACER tista' tipprovdi opinjoni lil dawk l-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq dik l-opinjoni. Meta jiddeċiedu li jagħtu eżenzjoni, l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu, fuq bażi ta' każ b'każ, il-ħtieġa li jiġu imposti kundizzjonijiet rigward it-tul tal-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-interkonnettur. Meta jiddeċiedu dwar dawk il-kundizzjonijiet,, l-awtoritajiet regolatorji għandhom b'mod partikolari iqisu l-kapaċità addizzjonali li għandha tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-perjodu ta' żmien tal-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali. Qabel ma jagħtu eżenzjoni, l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddeċiedu dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità. Dawk ir-regoli ta' ġestjoni tal-konġestjoni għandhom jinkludu l-obbligu li tiġi offruta kapaċità mhux użata fis-suq, u l-utenti tal-faċilità għandhom ikunu intitolati li jagħmlu kummerċ fil-kapaċitajiet kuntrattwali tagħhom fis-suq sekondarju. Fil-valutazzjoni tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (f) tal-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tar-riżultati tal-proċedura tal-allokazzjoni ta' kapaċità. Meta l-awtoritajiet regolatorji kollha kkonċernati jilħqu ftehim dwar id-deċiżjoni rigward l-eżenzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu t-talba, dawn għandhom jinfurmaw lill-ACER b'dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, li tinkludi kwalunkwe mill-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandha tkun motivata u ppubblikata kif jixraq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|