+Artikolu 63 Interkonnetturi ġodda
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.
---+Artikolu 63 6.
---+Artikolu 63 7.
---+Artikolu 63 8.
---+Artikolu 63 9.
---+Artikolu 63 10.
---+Artikolu 63 11.
|
Artikolu 63 Interkonnetturi ġodda
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1.
|
L-interkonnetturi l-ġodda tal-kurrent dirett jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perjodu limitat, mill-Artikolu 19(2) u (3) ta' dan ir-Regolament u mill-Artikoli 6 u 43, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-investiment ikabbar il-kompetizzjoni fil-provvista tal-elettriku;
(b)
il-livell ta' riskju assoċjat mal-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx jekk ma tingħatax eżenzjoni;
(c)
l-interkonnettur huwa proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika li mill-inqas tkun separata f'termini tal-forma ġuridika tagħha, mill-operaturi tas-sistema li l-interkonnettur għandu jinbena fis-sistemi tagħhom;
(d)
jingħataw imposti fuq l-utenti ta' dak l-interkonnettur;
(e)
mill-ftuħ parzjali tas-suq li hemm referenza għalih fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
), ma tkun ġiet irkuprata l-ebda parti mill-kostijiet kapitali jew operattivi tal-interkonnettur minn xi komponent tal-imposti magħmula għall-użu tas-sistemi ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni kkollegati mal-interkonnettur; u
(f)
eżenzjoni ma tkunx għad-detriment tal-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern għall-elettriku, jew għall-funzjonament effiċjenti tas-sistema regolata li l-interkonnettur huwa kkollegat magħha.
|
|
Artikolu 63 2.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll, f'każijiet eċċezzjonali, għal interkonnetturi ta' kurrent alternat, sakemm il-kostijiet u r-riskji tal-investiment inkwistjoni jkunu partikolarment għoljin meta mqabbla mal-kostijiet u r-riskji normalment iffaċċjati meta jkunu qegħdin jiġu konnessi żewġ sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali ġirien minn interkonnettur ta' kurrent alternat.
|
|
Artikolu 63 3.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal żidiet sinifikanti fil-kapaċità tal-interkonnetturi eżistenti.
|
|
Artikolu 63 4.
|
Id-deċiżjoni li tagħti eżenzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tittieħed fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati. Eżenzjoni tista' tkopri l-kapaċità kollha jew parti minnha tal-interkonnettur il-ġdid, jew tal-interkonnettur eżistenti b'żieda sinifikanti tal-kapaċità. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba għall-eżenzjoni mill-aħħar awtoritajiet regolatorja kkonċernata, l-ACER tista' tipprovdi opinjoni lil dawk l-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq dik l-opinjoni. Meta jiddeċiedu li jagħtu eżenzjoni, l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu, fuq bażi ta' każ b'każ, il-ħtieġa li jiġu imposti kundizzjonijiet rigward it-tul tal-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-interkonnettur. Meta jiddeċiedu dwar dawk il-kundizzjonijiet,, l-awtoritajiet regolatorji għandhom b'mod partikolari iqisu l-kapaċità addizzjonali li għandha tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-perjodu ta' żmien tal-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali. Qabel ma jagħtu eżenzjoni, l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddeċiedu dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità. Dawk ir-regoli ta' ġestjoni tal-konġestjoni għandhom jinkludu l-obbligu li tiġi offruta kapaċità mhux użata fis-suq, u l-utenti tal-faċilità għandhom ikunu intitolati li jagħmlu kummerċ fil-kapaċitajiet kuntrattwali tagħhom fis-suq sekondarju. Fil-valutazzjoni tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (f) tal-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tar-riżultati tal-proċedura tal-allokazzjoni ta' kapaċità. Meta l-awtoritajiet regolatorji kollha kkonċernati jilħqu ftehim dwar id-deċiżjoni rigward l-eżenzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu t-talba, dawn għandhom jinfurmaw lill-ACER b'dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, li tinkludi kwalunkwe mill-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandha tkun motivata u ppubblikata kif jixraq.
|
|
Artikolu 63 5.
|
Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tittieħed mill-ACER:
(a)
fejn l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunx irnexxielhom jilħqu ftehim fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji tkun irċeviet it-talba għal eżenzjoni; jew
(b)
fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati.
Qabel tieħu din id-deċiżjoni, l-ACER għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati u lill-applikanti.
|
|
Artikolu 63 6.
|
Minkejja l-paragrafi 4 u 5, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtorità regolatorja jew l-ACER, skont il-każ, tippreżenta, għal deċiżjoni formali, lill-korp rilevanti fl-Istat Membru, l-opinjoni tagħha dwar it-talba għal eżenzjoni. Dik l-opinjoni għandha tiġi pubblikata flimkien mad-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 63 7.
|
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jibagħtu mingħajr dewmien, għall-finijiet ta' informazzjoni, kopja ta' kull talba għal eżenjoni lill-Kummissjoni u lill-ACER hekk kif din tiġi riċevuta. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata, mingħajr dewmien, mill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati jew mill-ACER (“il-korpi notifikatorji”) lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha rigward id-deċiżjoni. Din l-informazzjoni tista' tkun mogħtija lill-Kummissjoni f'forma aggregata, b'tali mod li tgħin lill-Kummissjoni tasal għal deċiżjoni mibnija fuq sisien sodi. Partikolarment, l-informazzjoni għandu jkollha:
(a)
ir-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom tkun ingħatat jew ġiet miċħuda l-eżenzjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni;
(b)
l-analiżi li tkun saret dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-elettriku li jirriżultaw mill-għoti tal-eżenzjoni;
(c)
ir-raġunijiet tal-perjodu taż-żmien u tas-sehem tal-kapaċità totali tal-interkonnettur ikkonċernat li għalihom ingħatat l-eżenzjoni; u
(d)
ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji konċernati.
|
|
Artikolu 63 8.
|
Fi żmien 50 jum ta' xogħol mill-jum wara dak li fih tirċievi notifika taħt il-paragrafu 7, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li titlob lill-korpi notifikatorji biex jemendaw jew jirtiraw id-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perjodu jista' jittawwal b'50 jum ieħor ta' xogħol meta tiġi mitluba informazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni. Il-perjodu addizzjonali għandu jibda l-għada li tasal l-informazzjoni kompluta. Il-perjodu inizjali jista' wkoll jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-korpi notifikatorji. Fejn l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet ipprovduta fil-perjodu stipulat fit-talba tal-Kummissjoni, in-notifika għandha titqies li ġiet irtirata, ħlief jekk qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-perjodu jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-korpi notifikatorji, jew jekk il-korpi notifikatorji, f'dikjarazzjoni motivata kif xieraq, jinfurmaw lill-Kummissjoni li huma jqisu li n-notifika hija kompluta. Il-korpi notifikatorji għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jemendaw jew jirtiraw id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni fi żmien xahar minn meta jirċevuha u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva. L-approvazzjoni tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta' eżenzjoni għandha tiskadi sentejn mid-data ta' adozzjoni tagħha, fil-każ li l-bini tal-interkonnettur ma jkunx beda sa dik id-data u wara ħames snin mill-adozzjoni tagħha jekk, sa dak iż-żmien, l-interkonnettur ma jsirx operazzjonali, ħlief jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, abbażi ta' talba motivata mill-korpi notifikatorji, id-dewmien huwa dovut għal ostakoli kbar li mhumiex fil-kontroll tal-persuna li lilha tkun ingħatat l-eżenzjoni.
|
|
Artikolu 63 9.
|
Fejn l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li jimmodifikaw deċiżjoni ta' eżenzjoni, huma għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti dwar id-deċiżjoni. Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom japplikaw għad-deċiżjoni li modifikata deċiżjoni ta 'eżenzjoni, filwaqt li jqisu l-partikolaritajiet tal-eżenzjoni eżistenti.
|
|
Artikolu 63 10.
|
Il-Kummissjoni tista', fuq talba jew fuq inizjattiva tagħha stess, tiftaħ mill-ġdid il-proċedimenti relatati ma' talba għal eżenzjoni fejn:
(a)
filwaqt li jitqiesu b' mod xieraq l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet u tal-bilanċ ekonomiku miksub fl-eżenzjoni oriġinali tad-deċiżjoni, kien hemm bidla materjali ta' kwalunkwe fatt li fuqu kienet ibbażata d-deċiżjoni;
(b)
l-impriżi kkonċernati jaġixxu b'mod li jmur kontra l-impenji tagħhom; jew
(c)
id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa li ngħatat mill-partijiet.
|
|
Artikolu 63 11.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tispeċifika linji gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tistabbilixxi l-proċedura li għandha tkun segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 7 sa 10 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|