+Artikolu 64 2c.

Artikolu 64 2c.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt tat-talba msemmija fil-paragrafu 2b f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Il-Kummissjoni tista’ tagħti d-deroga wara li tivvaluta r-rapport imsemmi fil-paragrafu 2d, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru jkun wettaq, fl-4 ta’ Lulju 2019 jew wara, proċess kompetittiv ta’ offerti skont l-Artikolu 22 u għal perjodu ta’ konsenja wara l-1 ta’ Lulju 2025, li għandu l-għan li jimmassimizza l-parteċipazzjoni tal-fornituri tal-kapaċità li jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 22(4);

(b) 

l-ammont ta’ kapaċità offrut fil-proċess kompetittiv ta’ offerti msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu ma jkunx biżżejjed biex jindirizza t-tħassib dwar l-adegwatezza kif identifikat skont l-Artikolu 20(1) għall-perjodu ta’ konsenja kopert minn dak il-proċess ta’ offerti;

(c) 

il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni li tarmi aktar minn 550 g ta’ CO2 li joriġina mill-fjuwils fossili għal kull kWh ta’ elettriku tkun impenjata jew tirċievi pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri għal perjodu li ma jaqbiżx sena, u għal perjodu ta’ konsenja li ma jaqbiżx it-tul tad-deroga, u tkun akkwistata permezz ta’ proċess ta’ akkwist addizzjonali li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha fl-Artikolu 22, għajr dawk stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punt (b) ta’ dak l-Artikolu u esklużivament għall-ammont ta’ kapaċità li huwa meħtieġ biex jissolva t-tħassib dwar l-adegwatezza msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu.

Id-deroga skont dan il-paragrafu tista’ tiġi applikata sal-31 ta’ Diċembru 2028, dment li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih għat-tul kollu tad-deroga.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.