+Artikolu 64 Derogi
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 2a.
---+Artikolu 64 2b.
---+Artikolu 64 2c.
---+Artikolu 64 2d.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
|
Artikolu 64 Derogi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 64 1.
|
L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal derogi mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 3 u 6, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(1) u (4), l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Artikoli 14 sa 17, l-Artikoli 19 sa 27, l-Artikoli 35 sa 47 u l-Artikolu 51 sakemm:
(a)
l-Istat Membru jista' juri li hemm problemi sostanzjali għat-tħaddim tas-sistemi iżolati żgħar u sistemi żgħar konnessi;.
(b)
ir-reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE ma jistgħux jiġu interkonnessi fis-suq tal-Unjoni tal-enerġija għal raġunijiet fiżiċi evidenti.
Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-deroga għandha tkun għal żmien limitat u għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet li jimmiraw għal aktar kompetizzjoni u integrazzjoni fis-suq intern tal-elettriku. Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, id-deroga m'għandhiex tkun limitata fiż-żmien. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dawk l-applikazzjonijiet qabel ma tadotta d-deċiżjoni, u tipproteġi l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Deroga mogħtija taħt dan l-Artikolu għandha timmira li tiżgura li ma tfixkilx it-transizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, aktar flessibilità, ħażna ta 'enerġija, elettromobilità u reazzjoni ta' domanda. Fid-deċiżjoni tagħha fejn tagħti deroga l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sa fejn id-deroga għandha tieħu kont tal-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida.
|
|
Artikolu 64 2.
|
LArtikoli 3, 5 u 6, l-Artikolu 7(1), il-punti (c) u (g) tal-Artikolu 7(2), l-Artikoli 8 sa 17, l-Artikoli 18(5) u (6), l-Artikoli 19 u 20, l-Artikolu 21(1), (2) u (4) sa (8), il-punt (c) tal-Artikolu 22(1), (il-punt (b) u (c) tal-Artikolu 22(2), l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 22(2), l-Artikoli 23 sa 27, l-Artikolu 34(1), (2) u (3), l-Artikoli 35 sa 47, l-Artikolu 48(2) u l-Artikoli 49 u 51 ma għandhomx japplikaw għal Ċipru sakemm is-sistema ta' trażmissjoni tiegħu tkun konnessa ma' sistemi ta' trażmissjoni ta' Stati Membri oħra permezz ta' interkonnessjonijiet. Jekk is-sistema ta' trażmissjoni ta' Ċipru ma tiġix konnessa ma' sistemi ta' trażmissjoni ta' Stati Membri oħra permezz ta' interkonnessjonijiet sal-1 ta' Jannar 2026, Ċipru għandu jivvaluta l-ħtieġa għal deroga minn dawk id-dispożizzjonijiet u jista' jippreżenta talba biex itawwal id-deroga lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tirriskjax li tikkawża problemi sostanzjali għat-tħaddim tas-sistema tal-elettriku f'Ċipru jew jekk l-applikazzjoni tagħhom f'Ċipru hijiex mistennija tipprovdi benefiċċju għall-funzjonament tas-suq. Abbażi ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ deċiżjoni motivata biex ittawwal id-deroga kollha kemm hi jew parti minnha. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 64 2a.
|
B’deroga mill-Artikolu 6(9), (10) u (11), l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, jistgħu jikkonkludu kuntratti finanzjarji għall-kapaċità tal-ibbilanċjar sa ħames snin qabel il-bidu tal-forniment tal-kapaċità tal-ibbilanċjar. It-tul ta’ żmien ta’ tali kuntratti ma għandux jestendi lil hinn minn tmien snin wara li l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja jkunu ssieħbu fiż-Żona Sinkronika tal-Ewropa Kontinentali. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja jistgħu jippermettu lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni tagħhom jallokaw kapaċità transżonali fuq proċess ibbażat fuq is-suq kif stabbilit fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2017/2195, mingħajr limitazzjonijiet fil-volum sa sitt xhur wara l-jum li fih il-proċess koottimizzat tal-allokazzjoni jkun implimentat u operazzjonali b’mod sħiħ skont l-Artikolu 38(3) ta’ dak ir-Regolament.;
|
|
Artikolu 64 2b.
|
B’deroga mill-Artikolu 22(4), il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jitolbu biex kapaċità ta’ ġenerazzjoni li bdiet il-produzzjoni kummerċjali qabel l-4 ta’ Lulju 2019 u li tarmi aktar minn 550 g ta’ CO2 li joriġina mill-fjuwils fossili għal kull kWh ta’ elettriku u aktar minn 350 kg CO2 li joriġina mill-fjuwils fossili bħala medja fis-sena għal kull kWe installat, tkun soġġetta għal konformità mal-Artikoli 107 u 108 TFUE, tkun eċċezzjonalment impenjata jew tirċievi pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri wara l-1 ta’ Lulju 2025 taħt mekkaniżmu ta’ kapaċità approvat mill-Kummissjoni qabel l-4 ta’ Lulju 2019.
|
|
Artikolu 64 2c.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt tat-talba msemmija fil-paragrafu 2b f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Il-Kummissjoni tista’ tagħti d-deroga wara li tivvaluta r-rapport imsemmi fil-paragrafu 2d, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru jkun wettaq, fl-4 ta’ Lulju 2019 jew wara, proċess kompetittiv ta’ offerti skont l-Artikolu 22 u għal perjodu ta’ konsenja wara l-1 ta’ Lulju 2025, li għandu l-għan li jimmassimizza l-parteċipazzjoni tal-fornituri tal-kapaċità li jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 22(4);
(b)
l-ammont ta’ kapaċità offrut fil-proċess kompetittiv ta’ offerti msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu ma jkunx biżżejjed biex jindirizza t-tħassib dwar l-adegwatezza kif identifikat skont l-Artikolu 20(1) għall-perjodu ta’ konsenja kopert minn dak il-proċess ta’ offerti;
(c)
il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni li tarmi aktar minn 550 g ta’ CO2 li joriġina mill-fjuwils fossili għal kull kWh ta’ elettriku tkun impenjata jew tirċievi pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri għal perjodu li ma jaqbiżx sena, u għal perjodu ta’ konsenja li ma jaqbiżx it-tul tad-deroga, u tkun akkwistata permezz ta’ proċess ta’ akkwist addizzjonali li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha fl-Artikolu 22, għajr dawk stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punt (b) ta’ dak l-Artikolu u esklużivament għall-ammont ta’ kapaċità li huwa meħtieġ biex jissolva t-tħassib dwar l-adegwatezza msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu.
Id-deroga skont dan il-paragrafu tista’ tiġi applikata sal-31 ta’ Diċembru 2028, dment li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fih għat-tul kollu tad-deroga.
|
|
Artikolu 64 2d.
|
It-talba għad-deroga msemmija fil-paragrafu 2b għandha tkun akkumpanjata minn rapport tal-Istat Membru li għandu jinkludi:
(a)
valutazzjoni tal-impatt tad-deroga f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u fuq it-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli, iż-żieda fil-flessibbiltà, il-ħżin tal-enerġija, l-elettromobbiltà u r-rispons tad-domanda;
(b)
pjan bi stadji importanti għat-tranżizzjoni lil hinn mill-parteċipazzjoni tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni msemmija fil-paragrafu 2b fil-mekkaniżmi ta’ kapaċità sad-data tal-iskadenza tad-deroga, inkluż pjan għall-akkwist tal-kapaċità ta’ sostituzzjoni meħtieġa f’konformità mat-trajettorja nazzjonali indikattiva għas-sehem ġenerali ta’ enerġija rinnovabbli u valutazzjoni tal-ostakli għall-investiment li jikkawżaw in-nuqqas ta’ offerti suffiċjenti fil-proċedura kompetittiva ta’ offerti msemmija fil-paragrafu 2c, il-punt (a).
|
|
Artikolu 64 3.
|
Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tad-derogi mogħtija taħt l-Artikolu 66 tad-Direttiva (UE) 2019/944.
|
|
Artikolu 64 4.
|
Fir-rigward tal-kisba tal-mira ta' interkonnessjoni għall-2030, kif stipulat skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, għandha titqies kif xieraq ir-rabta tal-elettriku bejn Malta u l-Italja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|