|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(1)
“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt 12 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(2)
“oġġett” tfisser oġġett kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(3)
“sustanza” tfisser sustanza kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(4)
“taħlita” tfisser taħlita kif definita fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(5)
“manifattura” tfisser manifattura kif definita fil-punt 8 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(6)
“użu” tfisser użu kif definit fil-punt 24 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(7)
“importazzjoni” tfisser importazzjoni kif definita fil-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(8)
“skart” tfisser skart kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(9)
“rimi” tfisser rimi kif definit fil-punt 19 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(10)
“irkupru” tfisser irkupru kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(11)
“prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa” tfisser sustanza li tkun manifatturata għal, u kkonsumata fi jew użata għal ipproċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza oħra (“sinteżi”) u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u s-sinteżi ta' waħda jew aktar sustanzi oħraminn dik is-sustanza intermedja jsiru fl-istess sit, minn entità ġuridika waħda jew aktar minn waħda, f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett b'tali mod li tkun ikkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha;
(12)
“kontaminant fi traċċi mhux intenzjonat” tfisser livell ta' sustanza li jkun preżenti inċidentalment f'ammont minimu, li taħtu s-sustanza ma tistax tintuża b'mod sinifikanti, u 'l fuq mil-limitu ta' identifikazzjoni ta' metodi ta' identifikazzjoni eżistenti sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kontroll u l-infurzar;
(13)
“kumulu mwarrab” tfisser sustanzi jew oġġetti akkumulati mid-detentur li jikkonsistu minn jew li fhiom kwalunkwe sustanza elenkata fl-Annness I jew II. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|