+Artikolu 3 Kontroll tal-manifattura, tat-tqegħid fis-suq u tal-użu, u l-elenkar tas-sustanzi
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
|
Artikolu 3 Kontroll tal-manifattura, tat-tqegħid fis-suq u tal-użu, u l-elenkar tas-sustanzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness I, sew jekk weħidhom, sew jekk f'taħlitiet jew f'oġġetti, għandhom ikunu pprojbiti, soġġett għall-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness II, sew jekk weħidhom, sew jekk f'taħlitiet jew f'oġġetti, għandhom ikunu ristretti, soġġett għall-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, fl-iskemi ta' valutazzjoni u ta' awtorizzazzjoni għal sustanzi eżistenti u ġodda skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, jikkunsidraw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Anness D tal-Konvenzjoni u jieħdu miżuri xierqa biex jikkontrollaw sustanzi eżistenti u ma jħallux il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi ġodda, li juru l-karatteristiċi ta' POPs.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Meta tfassal proposta lill-Kunsill, skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE, għall-elenkar ta' sustanza b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni għandha tiġi appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jressqu proposti għall-elenkar lill-Kummissjoni. Fl-istadji suċċessivi tal-proċess tal-elenkar, l-Aġenzija għandha tipprovdi appoġġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 8(1).
|
|
Artikolu 3 5.
|
Il-Kummissjoni u l-Aġenzija, fl-istadji kollha tal-proċess kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4, għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u jinfurmawhom.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Skart li jikkonsisti minn, li fih jew li jkun ikkontaminat b'xi waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness IV huwa rregolat permezz tal-Artikolu 7.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|