+Artikolu 6 Tnaqqis, minimizzazzjoni u eliminazzjoni tal-emissjonijiet
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
|
Artikolu 6 Tnaqqis, minimizzazzjoni u eliminazzjoni tal-emissjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, skont liema data ġiet l-ewwel, l-Istati Membri għandhom ifasslu inventarji dwar l-emissjonijiet fl-ajru, fl-ilma u fl-art tas-sustanzi elenkati fl-Anness III skont l-obbligi tagħhom fil-Konvenzjoni u l-Protokoll u, sussegwentement, għandhom iżommu dawn l-inventarji.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom dwar miżuri biex jiġu identifikati, karatterizzati u minimizzati, bil-għan li meta jkun fattibbli u mill-aktar fis possibbli, jiġu eliminati l-emissjonijiet totali tas-sustanzi elenkati fl-Anness III kif irreġistrati fl-inventarji tagħhom imfassla skont l-obbligi tagħhom fil-Konvenzjoni, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tagħhom, skont l-Artikolu 9. Dawn il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom jinkludu miżuri għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta', u, fejn ikun meqjus xieraq, għandhom jirrikjedu l-użu ta' sustanzi, taħlitiet, oġġetti u proċessi sostituti jew modifikati biex tiġi evitata l-formazzjoni u l-emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-Istati Membri, meta jikkunsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifika sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tas-sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness III, għandhom jikkunsidraw bħala prijorità proċessi, tekniki jew prattiki alternattivi li jkollhom utilità simili iżda li jevitaw l-formazzjoni u l-emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|