L-Istati Membri, meta jikkunsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifika sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tas-sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness III, għandhom jikkunsidraw bħala prijorità proċessi, tekniki jew prattiki alternattivi li jkollhom utilità simili iżda li jevitaw l-formazzjoni u l-emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
).