4. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku. Huma għandhom jivverifikaw l-informazzjoni mill-inqas kull sena u fejn huma meħtieġa bidliet sinifikanti, huma għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni.
Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta lmenti mressqa, it-tipi prinċipali ta ilmenti, il-perijodu medju taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u l-informazzjoni aggregata rigward l-eżitu tal-ilmenti.