+Artikolu 11 Sistema interna tat-trattament tal-ilmenti
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
|
Artikolu 11 Sistema interna tat-trattament tal-ilmenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu sistema interna li tittratta l-ilmenti tal-utenti kummerċjali.
Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli faċilment u bla ħlas għall-utenti kummerċjali u għandha tiżgura trattament fperijodu ta żmien raġonevoli. Din għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta trasparenza u trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, u tittratta l-ilmenti bmod li jkun proporzjonat mal-importanza u l-kumplessità tagħhom. Din għandha tippermetti lill-utenti kummerċjali jressqu lmenti direttament lill-fornitur ikkonċernat brabta ma xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-allegat nuqqas ta konformità minn dak il-fornitur ma kwalunkwe obbligu legali stabbilit fdan ir-Regolament u li jaffettwa lill-utent kummerċjali li ppreżenta ilment (“l-ilmentatur”);
|
|
(b)
|
kwistjonijiet teknoloġiċi li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur;
|
|
(c)
|
miżuri meħuda minn dak il-fornitur, jew bl-imġiba tiegħu, li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur.
|
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Bħala parti mis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom:
|
(a)
|
jikkunsidraw kif xieraq l-ilmenti u s-segwitu li jaf ikollhom bżonn jagħtu lill-ilment biex il-kwistjoni tiġi indirizzata sew;
|
|
(b)
|
jipproċessaw l-ilmenti malajr u bmod effettiv, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni;
|
|
(c)
|
jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, bmod individwalizzat u mfassal blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli.
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-aċċess għas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom u t-tħaddim tagħha.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku. Huma għandhom jivverifikaw l-informazzjoni mill-inqas kull sena u fejn huma meħtieġa bidliet sinifikanti, huma għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni.
Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta lmenti mressqa, it-tipi prinċipali ta ilmenti, il-perijodu medju taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u l-informazzjoni aggregata rigward l-eżitu tal-ilmenti.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Id-dispożizzjonijiet ta dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar, skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1150
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|