Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO
2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawk l-istandards jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettiv b’rabta man-newtralità klimatika u mal-miri intermedji tal-Unjoni dwar il-klima, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), il-miri tal-Istati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), u l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ukoll l-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern.