+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi ġodda, li jew ikunu approvati skont it-tip jew approvati individwalment fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2018/858 jew li jissemmew fl-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, u li jappartjenu għal kwalunkwe kategorija ta’ vetturi minn dawn li ġejjin:

(a) 

M2 u M3;

(b) 

N1, N2 u N3, dment li l-vetturi ma jaqgħux taħt ir-Regolament (UE) 2019/631;

(c) 

O3 u O4.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jissejħu vetturi tqal. Il-vetturi li jaqgħu taħt il-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jissejħu vetturi bil-mutur tqal.

Il-kategoriji ta’ vetturi msemmija f’dan ir-Regolament jirreferu għall-kategoriji ta’ vetturi kif definiti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/858 u fl-Anness I tiegħu.

Artikolu 2 2.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi tqal għandhom jitqiesu bħala vetturi tqal ġodda f’perijodu ta’ rapportar partikolari, jekk dawn ikunu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba f’dak il-perijodu ta’ rapportar u ma kienu ġew irreġistrati qatt qabel barra mill-Unjoni.

Reġistrazzjoni preċedenti barra l-Unjoni li tkun saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal vetturi tqal li huma rreġistrati għall-ewwel darba għal perijodu ta’ mhux aktar minn xahar u li huma rreġistrati għall-iskop uniku ta’ trasferiment lejn pajjiż barra l-Unjoni.

Artikolu 2 3.
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta proċedura speċifika għall-identifikazzjoni ta’ vetturi tqal li huma ċċertifikati bħala vetturi vokazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu iżda mhumiex irreġistrati bħala tali, u għandha tapplika korrezzjonijiet għall-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji annwali ta’ manifattur biex jitqiesu dawk il-vetturi, mill-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2021 u għal kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.