+Artikolu 3e L-iżgurar ta’ ktajjen tal-provvista sostenibbli u reżiljenti għax-xarabanks urbani permezz ta’ proċeduri tal-akkwist pubbliku
---+Artikolu 3e 1.
---+Artikolu 3e 2.
---+Artikolu 3e 3.
|
Artikolu 3e L-iżgurar ta’ ktajjen tal-provvista sostenibbli u reżiljenti għax-xarabanks urbani permezz ta’ proċeduri tal-akkwist pubbliku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3e 1.
|
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista għax-xiri, il-lokazzjoni, il-kiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ xarabanks urbani ġodda mingħajr emissjonijiet, kif ukoll ta’ kuntratti ta’ servizzi pubbliċi li jkollhom bħala s-suġġett ewlieni tagħhom l-użu ta’ tali xarabanks urbani, fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża li għandha tinkludi l-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità.
|
|
Artikolu 3e 2.
|
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jużaw mill-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin bħala speċifikazzjonijiet tekniċi jew bħala kriterji tal-għoti, mill-inqas wieħed minnhom għandu jirrelata mal-kontribut tal-offerta għas-sigurtà tal-provvista kif stabbilit fil-punti (a) sa (d), skont is-sitwazzjoni tas-suq u f’konformità mad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE jew 2014/25/UE, u mal-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli, kif ukoll mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, inkluż il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-“GPA”) u ftehimiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija marbuta bihom:
(a)
il-proporzjon tal-prodotti tal-offerti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
); dak il-kriterju għandu japplika biss għal prodotti ta’ offerti li joriġinaw f’pajjiżi li mhumiex parti fil-GPA u li ma kkonkludewx ftehim ta’ kummerċ ħieles, inklużi regoli dwar l-akkwist pubbliku, mal-Unjoni;
(b)
id-disponibbiltà attwali u stmata ta’ spare parts essenzjali għall-funzjonament tat-tagħmir li huwa s-soġġett tal-offerta;
(c)
impenn mill-offerent li bidliet possibbli fil-katina tal-provvista tiegħu matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt mhumiex se jaffettwaw ħażin l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;
(d)
ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi li l-organizzazzjoni tal-katina tal-provvista tal-offerent tippermettilu jikkonforma mar-rekwiżit tas-sigurtà tal-provvista;
(e)
sostenibbiltà ambjentali li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi previsti f’atti legali tal-Unjoni.
L-ewwel subparagrafu ma għandux jipprekludi lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti milli jużaw kriterji addizzjonali.
|
|
Artikolu 3e 3.
|
Jekk il-kontribut tal-offerta għas-sigurtà tal-provvista jintuża bħala kriterju tal-għoti, dan għandu jingħata ponderazzjoni li tkun bejn 15 sa 40 % tal-kriterji tal-għoti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|