|
+Artikolu 3e 2. |
Artikolu 3e 2.L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jużaw mill-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin bħala speċifikazzjonijiet tekniċi jew bħala kriterji tal-għoti, mill-inqas wieħed minnhom għandu jirrelata mal-kontribut tal-offerta għas-sigurtà tal-provvista kif stabbilit fil-punti (a) sa (d), skont is-sitwazzjoni tas-suq u f’konformità mad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE jew 2014/25/UE, u mal-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli, kif ukoll mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, inkluż il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-“GPA”) u ftehimiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija marbuta bihom:
(a)
il-proporzjon tal-prodotti tal-offerti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ); dak il-kriterju għandu japplika biss għal prodotti ta’ offerti li joriġinaw f’pajjiżi li mhumiex parti fil-GPA u li ma kkonkludewx ftehim ta’ kummerċ ħieles, inklużi regoli dwar l-akkwist pubbliku, mal-Unjoni;
(b)
id-disponibbiltà attwali u stmata ta’ spare parts essenzjali għall-funzjonament tat-tagħmir li huwa s-soġġett tal-offerta;
(c)
impenn mill-offerent li bidliet possibbli fil-katina tal-provvista tiegħu matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt mhumiex se jaffettwaw ħażin l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;
(d)
ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi li l-organizzazzjoni tal-katina tal-provvista tal-offerent tippermettilu jikkonforma mar-rekwiżit tas-sigurtà tal-provvista;
(e)
sostenibbiltà ambjentali li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi previsti f’atti legali tal-Unjoni. L-ewwel subparagrafu ma għandux jipprekludi lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti milli jużaw kriterji addizzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|