+Artikolu 5 Vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.

Artikolu 5 Vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Mill-1 ta’ Lulju 2020 u għal kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti sal-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti.

Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jqis l-għadd u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal kollha tal-kategorija N mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur.

Artikolu 5 2.

Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2019 sal-2024, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandhom jitqiesu kif ġej għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(a) 

vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandha tingħadd bħala żewġ vetturi; u

(b) 

l-vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi għandhom jingħaddu sa massimu ta’ żewġ vetturi skont funzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom u l-livell limitu tal-emissjonijiet baxxi tas-subgrupp tal-vettura li fih tappartjeni l-vettura kif definit fil-punt 2.3.3 tal-Anness I.

Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 2.3.1 tal-Anness I.

Artikolu 5 3.
Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2025 sal-2029, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ punt ta’ riferiment ta’ 2 % f’konformità mal-punt 2.3.2 tal-Anness I.
Artikolu 5 4.
Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 3 %. Il-kontribut għal dak il-fattur tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N, għajr dawk fis-subgruppi tal-vetturi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD jew 10-LH, għandu jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 1,5  %.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.