+Artikolu 6a Trasferiment ta’ vetturi tqal bejn il-manifatturi
---+Artikolu 6a 1.
---+Artikolu 6a 2.

Artikolu 6a Trasferiment ta’ vetturi tqal bejn il-manifatturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6a 1.

Għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifatturi f’konformità mal-Artikolu 4 u mal-punt 2.2 tal-Anness I, jistgħu jiġu ttrasferiti vetturi tqal individwali bejn manifatturi, dment li l-kundizzjonijiet li ġejjin jkunu ssodisfati:

(a) 

għat-trasferimenti kollha: it-talba tiġi sottomessa b’mod konġunt mill-manifattur li jittrasferixxi u dak li jirċievi;

(b) 

għat-trasferiment ta’ vetturi tqal għajr vetturi tqal mingħajr emissjonijiet; il-manifattur li jittrasferixxi u dak li jirċievi jappartjenu għal grupp ta’ manifatturi konnessi;

(c) 

għat-trasferiment ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet bejn manifatturi li ma jappartjenux għal grupp ta’ manifatturi konnessi; l-għadd ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet trasferiti lil manifattur ma jaqbiżx 5 % tal-vetturi tqal ġodda kollha tiegħu rreġistrati f’perijodu ta’ rapportar partikolari.

Il-manifatturi għandhom jippreżentaw it-talbiet ta’ trasferiment lill-Kummissjoni billi jużaw l-għodod elettroniċi pprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 6a 2.
Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għal trasferiment huma ssodisfati, hija ma għandhiex tqis il-vettura tqila ttrasferita għall-kalkolu taċ-ċifri rilevanti għall-manifattur li jittrasferixxi, iżda għandha tqisha għall-kalkolu taċ-ċifri rilevanti għall-manifattur li jirċievi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.