|
+Artikolu 6a 1. |
Artikolu 6a 1.Għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifatturi f’konformità mal-Artikolu 4 u mal-punt 2.2 tal-Anness I, jistgħu jiġu ttrasferiti vetturi tqal individwali bejn manifatturi, dment li l-kundizzjonijiet li ġejjin jkunu ssodisfati:
(a)
għat-trasferimenti kollha: it-talba tiġi sottomessa b’mod konġunt mill-manifattur li jittrasferixxi u dak li jirċievi;
(b)
għat-trasferiment ta’ vetturi tqal għajr vetturi tqal mingħajr emissjonijiet; il-manifattur li jittrasferixxi u dak li jirċievi jappartjenu għal grupp ta’ manifatturi konnessi;
(c)
għat-trasferiment ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet bejn manifatturi li ma jappartjenux għal grupp ta’ manifatturi konnessi; l-għadd ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet trasferiti lil manifattur ma jaqbiżx 5 % tal-vetturi tqal ġodda kollha tiegħu rreġistrati f’perijodu ta’ rapportar partikolari. Il-manifatturi għandhom jippreżentaw it-talbiet ta’ trasferiment lill-Kummissjoni billi jużaw l-għodod elettroniċi pprovduti mill-Kummissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|