+Artikolu 14 Emendi għall-Annessi I, IV u V
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
|
Artikolu 14 Emendi għall-Annessi I, IV u V
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament bl-għan li temenda l-elementi li ġejjin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament sabiex tqis il-progress tekniku, l-evoluzzjoni tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, l-aġġustamenti meħtieġa bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-emendi tal-atti legali sottostanti dwar l-approvazzjoni tat-tip, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2018/858 u (KE) Nru 95/2009:
(a)
il-kriterji li jiddefinixxu s-subgruppi tal-vetturi stabbiliti fil-punt 1.1, inkluża biż-żieda ta’ subgruppi separati ta’ vetturi għat-trakkijiet EHC;
(b)
il-kriterji li jiddefinixxu l-vetturi vokazzjonali stabbiliti fil-punt 1.2;
(c)
il-kriterji għall-meded operazzjonali ta’ teknoloġiji differenti tas-sistema tal-motopropulsjoni stabbiliti fil-punt 1.3;
(d)
il-lista tal-profili tal-missjoni stabbilita fil-punt 1.4;
(e)
il-piż tal-profili tal-missjoni stabbiliti fil-punti 2.1.1, 2.1.2 u 2.1.3;
(f)
it-tagħbijiet, l-għadd ta’ passiġġieri, il-mases tal-passiġġieri, it-tagħbijiet massimi teknikament possibbli, l-għadd ta’ passiġġieri u l-volumi ta’ merkanzija massimi teknikament possibbli tas-subgruppi tal-vetturi stabbiliti fil-punt 2.5;
(g)
iċ-ċifri tal-kilometraġġ annwali stabbiliti fil-punti 2.6.1, 2.6.2 u 2.6.3.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 bil-ħsieb li temenda l-elementi li ġejjin fl-Anness IV:
(a)
ir-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-Partijiet A u B, sabiex jitqiesu l-progress tekniku, l-aġġustamenti meħtieġa bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-emendi tal-atti legali sottostanti dwar l-approvazzjoni tat-tip, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2018/858 u (KE) Nru 595/2009;
(b)
l-aġġornament jew l-aġġustament tal-meded taċ-ċifri tar-reżistenza tal-arja stabbiliti fil-Parti C, sabiex jitqiesu l-bidliet fid-disinn tal-vetturi tqal u sabiex ikun żgurat li dawk il-meded jibqgħu rilevanti għal skopijiet ta’ informazzjoni u ta’ komparabbiltà.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 bil-ħsieb li temenda l-elementi li ġejjin fl-Anness V:
(a)
il-proċedura ta’ rapportar stabbilita fih, sabiex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tadatta il-proċedura ta’ rapportar għall-progress tekniku;
(b)
il-punt 3.2, billi jiżdiedu kwalunkwe entrati tad-data li jkunu ġew miżjudin fir-reġistru ċentrali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|