|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament bl-għan li temenda l-elementi li ġejjin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament sabiex tqis il-progress tekniku, l-evoluzzjoni tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, l-aġġustamenti meħtieġa bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-emendi tal-atti legali sottostanti dwar l-approvazzjoni tat-tip, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2018/858 u (KE) Nru 95/2009:
(a)
il-kriterji li jiddefinixxu s-subgruppi tal-vetturi stabbiliti fil-punt 1.1, inkluża biż-żieda ta’ subgruppi separati ta’ vetturi għat-trakkijiet EHC;
(b)
il-kriterji li jiddefinixxu l-vetturi vokazzjonali stabbiliti fil-punt 1.2;
(c)
il-kriterji għall-meded operazzjonali ta’ teknoloġiji differenti tas-sistema tal-motopropulsjoni stabbiliti fil-punt 1.3;
(d)
il-lista tal-profili tal-missjoni stabbilita fil-punt 1.4;
(e)
il-piż tal-profili tal-missjoni stabbiliti fil-punti 2.1.1, 2.1.2 u 2.1.3;
(f)
it-tagħbijiet, l-għadd ta’ passiġġieri, il-mases tal-passiġġieri, it-tagħbijiet massimi teknikament possibbli, l-għadd ta’ passiġġieri u l-volumi ta’ merkanzija massimi teknikament possibbli tas-subgruppi tal-vetturi stabbiliti fil-punt 2.5;
(g)
iċ-ċifri tal-kilometraġġ annwali stabbiliti fil-punti 2.6.1, 2.6.2 u 2.6.3. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|