►M1
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3d(3), l-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 13d(2), l-Artikolu 13f(2) u l-Artikolu 14(1), (2) u (3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2024.
◄ Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.