|
+Artikolu 19 Emendi għar-Regolament (UE) 2018/956 |
Artikolu 19 Emendi għar-Regolament (UE) 2018/956Artikolu 19 Emendi għar-Regolament (UE) 2018/956 Ir-Regolament (UE) 2018/956 huwa emendat kif ġej:
(1)
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u fir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).
(2)
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
Mill-1 ta’ Jannar 2019, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I relatata ma’ vetturi tqal ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.
Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mill-2020 ’il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din id-data tal-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju lill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II. Fir-rigward tal-2019, id-data rrappurtata sat-30 ta’ Settembru 2020 għandha tinkludi d-data mmonitorjata mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020. Id-data relatata ma’ vetturi tqal ġodda li ġew irreġistrati preċedentement barra l-Unjoni ma għandhiex tiġi mmonitorjata u rrappurtata, sakemm dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni.”;
(3)
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
Mis-snin tal-bidu stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, il-manifatturi tal-vetturi tqal għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I, għal kull vettura tqila ġdida.
Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mis-snin tal-bidu stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, il-manifatturi ta’ vetturi tqal għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dik id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju, b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II. Fir-rigward tal-2019, il-manifatturi għandhom jirrappurtaw id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020. Id-data ta’ simulazzjoni għandha tkun id-data rrappurtata b’konformità mal-entrata tad-data 71 fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I.”;
(4)
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali bl-analiżi tagħha tad-data trażmessa mill-Istati Membri u l-manifatturi għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti.”;
(5)
fl-Anness II, il-punt 3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.2.
Id-data relatata ma’ vetturi tqal irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti u rreġistrata fir-Reġistru għandha ssir pubblika sat-30 ta’ April ta’ kull sena, mill-2021, bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data speċifikati fl-Artikolu 6(1).”. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|