|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“tajers C1”, “tajers C2” u “tajers C3” tfisser tajers li jappartjenu għall-klassijiet rispettivi stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;
(2)
“tajer ittredjat mill-ġdid” tfisser tajer użat li jiġi rikondizzjonat billi l-wiċċ mikul ta’ barra jinbidel b’materjal ġdid;
(3)
“tajer ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju” tfisser tajer ta’ rikambju għal użu temporanju, iddisinjat biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nfiħ ogħla minn dawk stabbiliti għat-tajers standard u rinforzati;
(4)
“tajers off-road professjonali” tfisser tajer ta’ użu speċjali, użat primarjament f’kondizzjonijiet severi ta’ off-road;
(5)
“tikketta ta’ tajer” tfisser dijagramma grafika, f’forma stampata jew elettronika, inkluż fil-forma ta’ stiker, li tinkludi simboli biex l-utenti aħħarija jkunu infurmati dwar il-prestazzjoni ta’ tajer jew ta’ lott ta’ tajers, relattivament għall-parametri stabbiliti fl-Anness I;
(6)
“post tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u jkunu offruti għall-bejgħ, inklużi show rooms tal-karozzi fejn it-tajers li mhumiex armati fuq il-vetturi jkunu offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija;
(7)
“materjal promozzjonali tekniku” tfisser dokumentazzjoni, f’forma stampata jew elettronika, li tkun prodotta minn fornitur biex tissupplimenta materjal ta’ reklamar bl-informazzjoni li tinsab fl-Anness IV;
(8)
“skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott” tfisser dokument standard li fih l-informazzjoni li tinsab fl-Anness III u li jkun f’forma stampata jew elettronika;
(9)
“dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni li tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta tat-tajer u tal-iskeda ta’ informazzjoni, inkluż l-informazzjoni li tinsab fil-punt (2) tal-Anness VII;
(10)
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369;
(11)
“bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta ta’ bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, fuq l-internet, bit-telemarketing jew bi kwalunkwe metodu ieħor, li permezz tagħha l-utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara t-tajer espost;
(12)
“manifattur” tfisser manifattur kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(13)
“importatur” tfisser importatur kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(14)
“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f’isem il-manifattur fir-rigward ta’ kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
(15)
“fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;
(16)
“distributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-fornitur, li tikkummerċjalizza prodott fis-suq;
(17)
“kummerċjalizzazzjoni fis-suq” tfisser kummerċjalizzazzjoni fis-suq kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(18)
“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
(19)
“utent aħħari” tfisser konsumatur, diriġent ta’ flotta jew intrapriża tat-trasport bit-triq li jixtru jew li huma mistennija li jixtru tajer;
(20)
“parametru” tfisser karatteristika ta’ tajer li għandha impatt sinifikanti fuq l-ambjent, is-sikurezza tat-triq jew is-saħħa matul l-użu tat-tajer, bħall-brix tat-tajer, il-kilometraġġ, ir-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-qabda fuq il-borra jew il-qabda fuq s-silġ;
(21)
“tip ta’ tajer” tfisser verżjoni ta’ tajer li għaliha l-karatteristiċi tekniċi fuq it-tikketta tat-tajer, l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott u l-identifikatur tat-tip ta’ tajer ikunu l-istess għall-unitajiet kollha ta’ dik il-verżjoni;
(22)
“tolleranza tal-verifika” tfisser id-devjazzjoni massima permissibbli bejn ir-riżultati tal-kejl u l-kalkolu tat-testijiet ta’ verifika mwettqa minn, jew f’isem, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, u l-valuri tal-parametri ddikjarati jew ippubblikati, li tirrifletti d-devjazzjoni li tirriżulta minn varjazzjoni interlaboratorja;
(23)
“identifikatur tat-tip ta’ tajer” tfisser kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi tip speċifiku ta’ tajer minn tipi oħra ta’ tajers li jkollhom l-istess isem kummerċjali jew l-istess trademark bħal dak tal-fornitur;
(24)
“tip ekwivalenti ta’ tajer” tfisser tip ta’ tajer li jitqiegħed fis-suq mill-istess fornitur bħala tip ieħor ta’ tajer b’identifikatur differenti tat-tip ta’ tajer u li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi li jkunu rilevanti għat-tikketta tat-tajer u l-istess skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|