+Artikolu 4 Obbligi tal-fornituri tat-tajers
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 4 9.
---+Artikolu 4 10.
|
Artikolu 4 Obbligi tal-fornituri tat-tajers
Obbligi tal-fornituri tat-tajers
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1, it-tajers C2 u t-tajers C3 li jitqiegħdu fis-suq ikunu akkumpanjati mingħajr ħlas:
(a)
għal kull tajer individwali, b’tikketta tat-tajer, fil-forma ta’ stiker, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, u bi skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott; jew
(b)
għal kull lott ta’ tajers identiċi, wieħed jew aktar, b’tikketta tat-tajer, f’forma stampata, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, u bi skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Għat-tajers mibjugħa jew offerti għal bejgħ permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tikketta tat-tajer tintwera qrib l-indikazzjoni tal-prezz, u li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli, inkluż, b’talba mill-utent aħħari, f’forma stampata. Id-daqs tat-tikketta tat-tajer għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b’mod ċar u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fil-punt 2.1 tal-Anness II. Għat-tajers mibjugħa jew offruti għall-bejgħ fuq l-internet, il-fornituri jistgħu jagħmlu t-tikketta tat-tajer għal tip speċifiku ta’ tajer disponibbli f’wirja ġo oħra.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Il-fornituri għandhom jiżguraw li kwalunkwe reklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer juri t-tikketta tat-tajer. Jekk ir-reklam viżiv jindika l-prezz għal dak it-tip ta’ tajer, it-tikketta tat-tajer għandha tintwera qrib l-indikazzjoni tal-prezz. Għal reklami viżivi fuq l-internet, il-fornituri jistgħu jagħmlu t-tikketta tat-tajer disponibbli f’wirja ġo oħra.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Il-fornituri għandhom jiżguraw li kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta’ tajer juri t-tikketta ta’ dak it-tip ta’ tajer u jinkludi l-informazzjoni li tinsab fl-Anness IV.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Il-fornituri għandhom jipprovdu lil awtorità nazzjonali rilevanti, kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858 il-valuri użati biex jiġu ddeterminati l-klassijiet relatati u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni li l-fornitur jiddikjara fuq it-tikketta tat-tajer għal dawk it-tipi ta’ tajers f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll it-tikketta tat-tajer li tikkonforma mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità nazzjonali rilevanti abbażi tal-Artikolu 5(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament qabel it-tqegħid fis-suq tat-tipi ta’ tajers inkwistjoni, sabiex l-awtorità tkun tista’ tivverifika l-preċiżjoni tat-tikketta tat-tajer.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Il-fornituri għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tat-tikketti tat-tajers u tal-iskedi ta’ informazzjoni dwar il-prodotti li huma jipprovdu.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Il-fornituri jistgħu jagħmlu dokumentazzjoni teknika disponibbli lill-awtoritajiet ta’ Stati Membri li mhumiex dawk l-awtoritajiet indikati fil-paragrafu 5 jew lil korpi nazzjonali akkreditati rilevanti, fuq talba.
|
|
Artikolu 4 8.
|
Il-fornituri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għandhom jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament li għalih huma jkunu responsabbli, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu jagħmlu dan mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 4 9.
|
Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew iskrizzjonijiet oħra li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u li x’aktarx iqarrqu bl-utenti aħħarija jew jikkonfonduhom fir-rigward tal-parametri stabbiliti fl-Anness I.
|
|
Artikolu 4 10.
|
Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti li jimitaw it-tikketta ta’ tajer prevista f’dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0740
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|