+Artikolu 13 Atti delegati
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.

Artikolu 13 Atti delegati

Atti delegati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda:

(a) 

l-Anness II fir-rigward tal-kontenut u l-format tat-tikketta tat-tajer;

(b) 

il-Partijiet D u E tal-Anness I u l-Annessi II, III, IV, V, VI u VII, billi tadatta l-valuri, il-metodi ta’ kalkolu u r-rekwiżiti stabbiliti fihom għall-progress teknoloġiku.

Artikolu 13 2.
Sas-26 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni għat-tajers ittredjati mill-ġdid fl-Annessi, sakemm ikun hemm disponibbli metodu adatt tal-ittestjar.
Artikolu 13 3.

Il-Kummissjoni hija mogħtija wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 sabiex tinkludi parametri jew rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-brix tat-tajers u għall-kilometraġġ, hekk kif metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli għall-ittestjar u l-kejl tal-brix tat-tajers u tal-kilometraġġ ikunu disponibbli għall-użu minn organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali tal-istandardizzazzjoni u sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-Kummissjoni tkun wettqet bir-reqqa valutazzjoni tal-impatt; u

(b) 

il-Kummissjoni tkun wettqet konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Artikolu 13 4.
Fejn xieraq, waqt li tkun qiegħda tħejji atti delegati, il-Kummissjoni għandha tittestja l-kontenut u l-format tat-tikketti tat-tajers ma’ gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi tal-Unjoni biex jiġi żgurat li t-tikketti tat-tajers ikunu jinftiehmu b’mod ċar, u għandha tippubblika r-riżultati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0740
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.