|
+ANNESS I ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS |
ANNESS I ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERSANNESS I ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS Parti A: Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC f’N/kN), skont l-iskala "A" sa "E" speċifikata fit-tabella hawn taħt u għandha titkejjel skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u tiġi allinjata skont il-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju deskritta fl-Anness V. Jekk tip ta’ tajer jappartjeni għal aktar minn klassi waħda ta’ tajer (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifikazzjoni użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dak it-tip ta’ tajer għandha tkun dik li hija applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (eż. C2, mhux C1).
Parti B: Klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab 1. Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala "A" sa "E" speċifikata fit-tabella hawn taħt, ikkalkolata skont il-punt 2 u mkejla skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. 2. Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G) G = G(T) – 0,03 fejn: G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu tal-ittestjar wieħed
Parti C: Klassijiet u valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (N, f’dB(A)) għandu jiġi ddikjarat f’deċibeli u għandu jitkejjel skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-valuri limitu (LV) stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 kif ġej:
Parti D: Qabda fuq il-borra Il-prestazzjoni tal-qabda tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttestjata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Tajer li jissodisfa l-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer għall-użu f’kondizzjonijiet severi ta’ borra, u t-tikketta tat-tajer għandha tinkludi l-pittogramma li ġejja.
Parti E: Qabda fuq is-silġ Il-prestazzjoni tal-qabda fuq is-silġ għandha tiġi ttestjata skont metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, inklużi, fejn xieraq, standards internazzjonali, li jieħdu kont tal-metodi ġeneralment rikonoxxuti bħala l-aktar reċenti u avvanzati. It-tikketta tat-tajer li jissodisfa l-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ għandha tinkludi l-pittogramma li ġejja.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|