+ANNESS VI PROĊEDURA TA’ VERIFIKA

ANNESS VI PROĊEDURA TA’ VERIFIKA

ANNESS VI

PROĊEDURA TA’ VERIFIKA

Il-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-klassijiet iddikjarati ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, ta’ qabda fuq l-imxarrab u ta’ storbju estern tad-dawrien, kif ukoll il-valuri ddikjarati, u kull informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni fuq it-tikketta tat-tajer, għandhom jiġu vvalutati għal kull tip ta’ tajer jew kull grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:

1. 

L-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed jew sett wieħed ta’ tajers. Jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt, it-tikketta tat-tajer għandha titqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament.

Jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers addizzjonali jew tliet settijiet addizzjonali ta’ tajers; il-valur medju tal-kejl li jirriżulta mit-tliet tajers addizzjonali jew settijiet addizzjonali ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vverifikata l-informazzjoni ddikjarata, b’kont meħud tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt.

2. 

Fejn il-klassijiet jew il-valuri fuq it-tikketta tat-tajer ikunu derivati mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew mar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, l-Istati Membri jistgħu jużaw data tal-kejl miksuba minn testijiet tal-konformità tal-produzzjoni tat-tajers li saru taħt il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stabbilita mir-Regolament (UE) 2018/858.

Il-valutazzjonijiet tad-data tal-kejl derivata mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni għandhom jieħdu kont tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt.


Parametru mkejjel

Tolleranzi tal-verifiki

RRC (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil)

Il-valur imkejjel allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3 N/kN.

Storbju estern tad-dawrien

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB (A).

Prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab

Il-valur imkejjel G(T) ma għandux ikun anqas mil-limitu l-baxx (l-aktar limitu baxx ta’ G) tal-klassi ddikjarata.

Prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra

Il-valur imkejjel ma għandux ikun anqas mill-indiċi minimu tal-qabda fuq il-borra.

Prestazzjoni tal-qabda fuq is-silġ

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-qabda fuq is-silġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0740
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.