|
+ANNESS VII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATATAL-PRODOTTI MILL-FORNITUR |
ANNESS VII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATATAL-PRODOTTI MILL-FORNITURANNESS VII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATA TAL-PRODOTTI MILL-FORNITUR 1. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti:
(a)
l-isem kummerċjali jew it-trademark, l-indirizz, id-dettalji ta’ kuntatt u identifikazzjoni legali oħra tal-fornitur;
(b)
l-identifikatur tat-tip ta’ tajer;
(c)
it-tikketta tat-tajer f’format elettroniku;
(d)
il-klassi(jiet) u parametri oħra tat-tikketta tat-tajer; u
(e)
il-parametri tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott f’format elettroniku. 2. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti:
(a)
l-identifikatur tat-tip għat-tipi ekwivalenti kollha ta’ tajer li diġà tqiegħdu fis-suq;
(b)
deskrizzjoni ġenerali tat-tip ta’ tajer, inklużi d-dimensjonijiet, l-indiċi tat-tagħbija u l-klassifikazzjoni tal-veloċità, suffiċjenti biex dan jiġi identifikat faċilment u b’mod inekwivoku;
(c)
protokolli ta’ ttestjar, klassifikazzjoni u kejl tal-parametri tat-tajers stabbiliti fl-Anness I;
(d)
prekawzjonijiet speċifiċi, jekk ikun hemm, li għandhom jittieħdu meta t-tip ta’ tajer jiġi armat, installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat;
(e)
il-parametri tekniċi mkejla tat-tip ta’ tajer, fejn rilevanti; u
(f)
il-kalkoli mwettqa bil-parametri tekniċi mkejla. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|