2. L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiggarantixxi li l-ilma reklamat ikun sikur għat-tisqija agrikola, sabiex b’hekk jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, jippromwovi l-ekonomija ċirkolari, jappoġġa l-adattament għat-tibdil fil-klima, u jikkontribwixxi għall-għanijiet tad-Direttiva 2000/60/KE billi jindirizza l-iskarsezza tal-ilma u l-pressjoni li tirriżulta fuq ir-riżorsi tal-ilma, b’mod koordinat madwar l-Unjoni, sabiex b’hekk jikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.