1. L-operatur tal-faċilitajiet tar-Reklamazzjoni għandu jiżgura li, fil-punt ta’ konformità, l-ilma reklamat maħsub għat-tisqija agrikola kif speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
(a)
|
ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I;
|
|
(b)
|
kwalunkwe kondizzjoni addizzjonali stabbilita mill-awtorità kompetenti fil-permess rilevanti skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 6(3), fir-rigward tal-kwalità tal-ilma.
|
Lil hinn mill-punt ta’ konformità, il-kwalità tal-ilma ma tibqax ir-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni.