+Artikolu 5 Ġestjoni tar-riskju
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
|
Artikolu 5 Ġestjoni tar-riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Għall-fini tal-produzzjoni, il-provvista u l-użu ta’ ilma reklamat, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jiġi stabbilit pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma.
Pjan wieħed ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma jista’ jkopri sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma waħda jew aktar.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma għandu jitħejja mill-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni, minn partijiet responsabbli oħra u mill-utenti aħħarin, kif adatt. Il-partijiet responsabbli li jippreparaw il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma għandhom jikkonsultaw lill-partijiet responsabbli rilevanti l-oħra kollha u lill-utenti aħħarin, kif adatt.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma għandu jkun ibbażat fuq l-elementi ewlenin kollha tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II. Huwa għandu jidentifika r-responsabbiltajiet tal-ġestjoni tar-riskju tal-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni u tal-partijiet l-oħra responsabbli.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. Il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma għandu b’mod partikolari:
|
(a)
|
jistipula kwalunkwe rekwiżit meħtieġ għall-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni, li għandu jiżdied ma’ dawk speċifikati fl-Anness I, f’konformità mal-punt (B) tal-Anness II biex jittaffa aktar kwalunkwe riskju qabel il-punt ta’ konformità;
|
|
(b)
|
jidentifika l-perikli, ir-riskji u l-miżuri preventivi u/jew korrettivi possibbli xierqa f’konformità mal-punt (C) tal-Anness II;
|
|
(c)
|
jidentifika ostakli addizzjonali fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, u jistipula kwalunkwe rekwiżit addizzjonali, meħtieġ wara l-punt ta’ konformità biex jiżgura li s-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma hija sikura, inklużi kondizzjonijiet relatati mad-distribuzzjoni, il-ħżin u l-użu fejn rilevanti, u jidentifika l-partijiet responsabbli biex jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti.
|
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 li jemendaw dan ir-Regolament sabiex l-elementi ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.
Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13, li jissupplimentaw dan ir-Regolament sabiex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0741
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|