+REGOLAMENT (UE) 2020/741 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett u għan
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
------+Artikolu 2 4
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 (1)
------+Artikolu 3 (2)
------+Artikolu 3 (3)
------+Artikolu 3 (4)
------+Artikolu 3 (5)
------+Artikolu 3 (6)
------+Artikolu 3 (7)
------+Artikolu 3 (8)
------+Artikolu 3 (9)
------+Artikolu 3 (10)
------+Artikolu 3 (11)
------+Artikolu 3 (12)
------+Artikolu 3 (13)
------+Artikolu 3 (14)
------+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 4 Obbligi tal-operaturi tal-faċilitajiet tar-reklamazzjoni u obbligi rigward il-kwalità tal-ilma reklamat
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
---+Artikolu 5 Ġestjoni tar-riskju
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
------+Artikolu 5 5
---+Artikolu 6 Obbligi rigward il-permess għall-ilma reklamat
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 6 4
------+Artikolu 6 5
------+Artikolu 6 6
------+Artikolu 6 7
---+Artikolu 7 Kontroll tal-konformità
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
------+Artikolu 7 4
------+Artikolu 7 5
---+Artikolu 8 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
---+Artikolu 9 Informazzjoni u sensibilizzazzjoni
------+Artikolu 9 2
------+Artikolu 9 3
---+Artikolu 10 Informazzjoni lill-pubbliku
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
------+Artikolu 10 3
---+Artikolu 11 Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 11 3
------+Artikolu 11 4
------+Artikolu 11 5
---+Artikolu 12 Evalwazzjoni u rieżami
------+Artikolu 12 1
------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 12 3
------+Artikolu 12 4
------+Artikolu 12 5
---+Artikolu 13 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 13 1
------+Artikolu 13 2
------+Artikolu 13 3
------+Artikolu 13 4
------+Artikolu 13 5
------+Artikolu 13 6
---+Artikolu 14 Proċedura tal-kumitat
------+Artikolu 14 1
------+Artikolu 14 2
---+Artikolu 15 Penali
---+Artikolu 16 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
---+ANNESS I UŻI U REKWIŻITI MINIMI
---+ANNESS II
|
English -
European Union -
Environment -
REGOLAMENT (UE) 2020/741 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2020/741 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2020
dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1)
|
Ir-riżorsi tal-ilma tal-Unjoni qed ikunu dejjem iktar taħt pressjoni, li qed iwassal għall-iskarsezza tal-ilma u għad-deterjorament tal-kwalità tal-ilma. B’mod partikolari, it-tibdil fil-klima, ix-xejriet tat-temp imprevedibbli u n-nixfa qed jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-pressjoni fuq id-disponibbiltà tal-ilma ħelu li qed jinħoloq mill-iżvilupp urban u l-agrikoltura.
|
|
(2)
|
Il-ħila tal-Unjoni li tirreaġixxi għall-pressjonijiet li dejjem qed jiżdiedu fuq ir-riżorsi tal-ilma tista’ tittejjeb permezz tal-użu mill-ġdid mifrux tal-ilma mormi trattat, billi tiġi limitata l-estrazzjoni mill-korpi tal-ilma tal-wiċċ u mill-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art, jitnaqqas l-impatt tar-rimi tal-ilma mormi trattat f’korpi tal-ilma, u jiġi promoss l-iffrankar tal-ilma billi l-ilma mormi urban jintuża bosta drabi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali. Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) issemmi l-użu mill-ġdid tal-ilma, flimkien mal-promozzjoni ta’ teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma fl-industrija u tekniki tat-tisqija li jiffrankaw l-ilma bħala waħda mill-miżuri supplimentari li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw sabiex jiksbu l-għanijiet ta’ dik id-Direttiva għal status kwalitattiv u kwantitattiv tajjeb tal-ilma għall-korpi tal-ilma tal-wiċċ u għall-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (5) teħtieġ li l-ilma mormi trattat jiġi użat mill-ġdid kull meta jkun xieraq.
|
|
(3)
|
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2012“Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa” tindika l-ħtieġa li jinħoloq strument biex jiġu regolati standards fil-livell tal-Unjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma, sabiex jiġu eliminati l-ostakli għal użu mifrux ta’ tali għażla alternattiva għall-provvista tal-ilma, jiġifieri waħda li tista’ tgħin tnaqqas l-iskarsezza tal-ilma u tnaqqas il-vulnerabbiltà tas-sistemi tal-provvista.
|
|
(4)
|
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007“Li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perijodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea” tistabbilixxi l-ġerarkija ta’ miżuri li l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu fil-ġestjoni tal-iskarsezza tal-ilma u l-perijodi ta’ nixfa. Din issostni li r-reġjuni fejn ġew implimentati l-miżuri preventivi kollha skont il-ġerarkija tal-ilma u fejn id-domanda tal-ilma tibqa’ madankollu teċċedi d-disponibbiltà, infrastruttura ta’ provvista tal-ilma addizzjonali tista’ f’ċerti ċirkostanzi u meta titqies id-dimensjoni kost-benefiċċji, isservi bħala approċċ alternattiv għall-mitigazzjoni tal-impatti ta’ nixfa kbira.
|
|
(5)
|
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar l-indirizzar tal-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa fl-Unjoni Ewropea (6), il-Parlament Ewropew ifakkar li, fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, jenħtieġ li tingħata preferenza lil approċċ min-naħa tad-domanda, iżda jqis li l-Unjoni jenħtieġ li tadotta approċċ olistiku fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, billi tikkombina miżuri tal-ġestjoni tad-domanda, miżuri li jottimizzaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan iċ-ċiklu tal-ilma u miżuri li joħolqu riżorsi ġodda, u li l-approċċ jeħtieġ li jintegra kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi.
|
|
(6)
|
Fil-komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Diċembru 2015“L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tieħu sensiela ta’ azzjonijiet biex tippromwovi l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat, inkluż l-iżvilupp ta’ proposta leġislattiva dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma. Il-Kummissjoni jenħtieġ li taġġorna l-pjan ta’ azzjoni tagħha u żżomm il-qasam tar-riżorsi tal-ilma bħala wieħed ta’ prijorità li fih għandha tintervjeni.
|
|
(7)
|
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiffaċilita l-użu mill-ġdid tal-ilma kull meta jkun xieraq u kost-effiċjenti, u b’hekk jinħoloq qafas ta’ abilitazzjoni għal dawk l-Istati Membri li jixtiequ jew jeħtieġu li jipprattikaw l-użu mill-ġdid tal-ilma. L-użu mill-ġdid tal-ilma huwa opzjoni promettenti għal ħafna Stati Membri, iżda attwalment għadd żgħir biss minnhom jipprattikaw l-użu mill-ġdid tal-ilma u adottaw leġislazzjoni jew standards nazzjonali f’dak ir-rigward. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun flessibbli biżżejjed biex jippermetti l-kontinwazzjoni tal-prattika tal-użu mill-ġdid tal-ilma u fl-istess ħin jiżgura li jkun possibbli li Stati Membri oħra japplikaw dawk ir-regoli meta jiddeċiedu li jintroduċu din il-prattika fi stadju aktar tard. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni li ma jiġix ipprattikat l-użu mill-ġdid tal-ilma tkun debitament ġustifikata skont il-kriterji stipulati f’dan ir-Regolament u tiġi riveduta regolarment.
|
|
(8)
|
Id-Direttiva 2000/60/KE tipprovdi lill-Istati Membri bil-flessibbiltà neċessarja biex jinkludu miżuri supplementari fil-programmi ta’ miżuri li jadottaw biex jappoġġaw l-isforzi tagħhom biex jiksbu l-objettivi ta’ kwalità tal-ilma stabbiliti b’dik id-Direttiva. Il-lista mhux esklużiva ta’ miżuri supplimentari previsti fil-Parti B tal-Anness VI għad-Direttiva 2000/60/KE tinkludi, fost l-oħrajn, miżuri għall-użu mill-ġdid tal-ilma. F’dan il-kuntest u f’konformità ma’ ġerarkija ta’ miżuri li jistgħu jitqiesu mill-Istati Membri fil-ġestjoni tal-iskarsezza tal-ilma u l-perijodi ta’ nixfa u li tinkoraġġixxi miżuri għall-iffrankar tal-ilma u tagħti prijorità baxxa lill-politika dwar l-ipprezzar tal-ilma u soluzzjonijiet alternattivi, u b’kont meħud tad-dimensjoni kost-benefiċċji, ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma, kif stabbiliti b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu applikabbli kull meta ilma mormi urban trattat minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban jiġi użat mill-ġdid, f’konformità mad-Direttiva 91/271/KEE għat-tisqija agrikola.
|
|
(9)
|
L-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat b’mod xieraq, pereżempju mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, jitqies li għandu impatt ambjentali iktar baxx minn metodi ta’ provvista tal-ilma alternattivi oħra, bħat-trasferimenti jew id-desalinazzjoni tal-ilma. Madanakollu, dan l-użu mill-ġdid tal-ilma, li jista’ jnaqqas il-ħela tal-ilma u jiffranka l-ilma, huwa prattikat biss b’mod limitat ħafna fl-Unjoni. Dan jidher li hu parzjalment dovut għall-ispiża sinifikanti tas-sistemi tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi u n-nuqqas ta’ standards ambjentali u tas-saħħa komuni fl-Unjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma u, b’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti agrikoli, dovut għar-riskji potenzjali għas-saħħa u ambjentali u l-ostakli potenzjali għall-moviment liberu ta’ tali prodotti li ġew imsoqqija bl-ilma reklamat.
|
|
(10)
|
L-istandards tas-saħħa marbuta mal-iġjene alimentari għall-prodotti agrikoli msoqqija bl-ilma reklamat jistgħu jinkisbu biss jekk ir-rekwiżiti tal-kwalità għall-ilma reklamat maħsub għat-tisqija agrikola ma jkunux ivarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ser tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern fir-rigward ta’ dawn il-prodotti. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu introdotti livelli minimi ta’ armonizzazzjoni billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kwalità u l-monitoraġġ tal-ilma. Dawk ir-rekwiżiti minimi jenħtieġ li jkollhom parametri minimi għall-ilma reklamat li jkunu bbażati fuq ir-rapporti tekniċi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u jirriflettu l-istandards internazzjonali dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma, u rekwiżiti tal-kwalità addizzjonali jew iktar stretti imposti, jekk meħtieġ, mill-awtoritajiet kompetenti flimkien ma’ kwalunkwe miżura preventiva rilevanti.
|
|
(11)
|
L-użu mill-ġdid tal-ilma għat-tisqija agrikola jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari billi nutrijenti jiġu rkuprati mill-ilma reklamat u applikati għall-għelejjel, permezz ta’ tekniki ta’ fertigazzjoni. B’hekk, l-użu mill-ġdid tal-ilma jista’ potenzjalment inaqqas il-ħtieġa għall-applikazzjonijiet supplimentari ta’ fertilizzant minerali. Jenħtieġ li l-utenti aħħarin jiġu infurmati dwar il-kontenut tan-nutrijenti tal-ilma reklamat.
|
|
(12)
|
L-użu mill-ġdid tal-ilma jista’ jikkontribwixxi għall-irkupru tan-nutrijenti li jinsabu fl-ilma mormi urban trattat, u l-użu tal-ilma reklamat għal skopijiet ta’ tisqija fil-qasam agrikolu jew forestali jista’ jkun mod biex in-nutrijenti, bħal pereżempju n-nitroġenu, il-fosforu u l-potassju, jingħataw lura liċ-ċikli bijoġeokimiċi naturali.
|
|
(13)
|
L-investiment kbir meħtieġ għat-titjib tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u n-nuqqas ta’ inċentivi finanzjarji għall-prattika tal-użu mill-ġdid tal-ilma fl-agrikoltura ġew identifikati bħala fost ir-raġunijiet għall-użu baxx tal-użu mill-ġdid tal-ilma fl-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati bil-promozzjoni ta’ skemi innovattivi u inċentivi ekonomiċi sabiex jiġu kkunsidrati b’mod xieraq l-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
|
|
(14)
|
Il-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma tenħtieġ li tkun konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-ilma u tikkontribwixxi għall-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Għan 6, biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u s-sanità għal kulħadd, kif ukoll iż-żieda sostanzjali fir-riċiklaġġ tal-ilma u l-użu mill-ġdid sikur tal-ilma globalment bil-ħsieb li jingħata kontribut għall-kisba tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 12 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikollu l-għan li jiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tal-ambjent.
|
|
(15)
|
F’xi każijiet, l-operaturi tal-faċilitajiet tar-reklamazzjoni għadhom jittrasportaw u jaħżnu l-ilma reklamat lil hinn mill-iżbokk tal-faċilità tar-reklamazzjoni, qabel ma jfornuh lill-atturi sussegwenti fil-katina, bħall-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma reklamat, l-operatur tal-ħażna tal-ilma reklamat jew l-utent aħħari. Jeħtieġ li jiġi ddefinit il-punt tal-konformità sabiex jiġi ċċarat fejn tieqaf ir-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni u fejn tibda r-responsabbiltà tal-attur sussegwenti fil-katina.
|
|
(16)
|
Il-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li tinvolvi l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji b’mod proattiv, u jenħtieġ li tinkorpora l-kunċett tal-produzzjoni ta’ ilma reklamat ta’ kwalità speċifika hekk kif meħtieġa għal użi partikolari. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tar-riskju tkun ibbażata fuq l-elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju u jenħtieġ li jiġi identifikat kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall-kwalità tal-ilma neċessarju biex tiġi suffiċjentement żgurata il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Għal dak il-għan, il-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju tal-użu mill-ġdid tal-ilma jenħtieġ li jiżguraw li l-ilma reklamat jintuża u jiġi ġestit b’mod sikur u li ma jkunx hemm riskji għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali. Sabiex jiġu żviluppati tali pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju, jistgħu jintużaw gwidi jew standards internazzjonali eżistenti bħal-Linji gwida ISO 20426:2018 għall-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u l-ġestjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma mhux tajjeb għax-xorb, il-Linji gwida ISO 16075:2015 dwar l-użu tal-ilma mormi trattat għal proġetti ta’ tisqija jew il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
|
|
(17)
|
Ir-rekwiżiti ta’ kwalità għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tal-Kunsill (7). Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-attivitajiet tal-użu mill-ġdid tal-ilma ma jwasslux għal deterjorament fil-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li l-pjan tal-ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma jagħti attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u liż-żoni ta’ salvagwardja rilevanti.
|
|
(18)
|
Jenħtieġ li l-kooperazzjoni u l-interazzjoni bejn id-diversi partijiet involuti fil-proċess tar-reklamazzjoni tal-ilma jkunu prekondizzjoni għat-twaqqif ta’ proċeduri ta’ trattament tar-reklamazzjoni skont ir-rekwiżiti għal użi speċifiċi, u sabiex tiġi ppjanata l-provvista tal-ilma reklamat skont id-domanda mill-utenti aħħarin.
|
|
(19)
|
Sabiex jitħarsu b’mod effikaċi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, jenħtieġ li l-operaturi tal-faċilitajiet tar-reklamazzjoni jkollhom ir-responsabbiltà primarja għall-kwalità tal-ilma reklamat fil-punt ta’ konformità. Għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti minimi stipulati skont dan ir-Regolament u ma’ kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali stabbiliti mill-awtorità kompetenti, l-operaturi tal-faċilitajiet tar-reklamazzjoni jenħtieġ li jimmonitorjaw il-kwalità tal-ilma reklamat. Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ li jikkonsistu fil-frekwenza ta’ monitoraġġ tar-rutina, u l-iskedar u l-miri ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-validazzjoni. Uħud mir-rekwiżiti għall-monitoraġġ ta’ rutina huma previsti fid-Direttiva 91/271/KEE.
|
|
(20)
|
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri ilma reklamat li huwa miksub minn ilma mormi li jkun inġabar f’sistemi ta’ ġbir, li jkun ġie ttrattat f’impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban skont id-Direttiva 91/271/KEE u li jiġi ulterjorment trattament, jew fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban jew f’faċilità tar-reklamazzjoni, sabiex jissodisfa l-parametri stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Skont id-Direttiva 91/271/KEE, l-agglomerazzjonijiet b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni (e.p.) ta’ inqas minn 2 000 ma għandhomx għalfejn jiġu pprovduti b’sistema ta’ ġbir. Madankollu, l-ilma mormi urban minn agglomerazzjonijiet ta’ inqas minn 2 000 e.p. li jidħol f’sistema ta’ ġbir jenħtieġ li jkun soġġett għal trattament xieraq qabel ma dan jintrema fl-ilma ħelu jew fl-estwarji, skont id-Direttiva 91/271/KEE. F’dak il-kuntest, l-ilma mormi minn agglomerazzjonijiet ta’ inqas minn 2 000 p.e. jenħtieġ li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biss meta jidħol f’sistema ta’ ġbir u huwa soġġett għal trattament f’impjant ta’ trattament tal-ilma mormi urban. B’mod simili, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jikkonċernax l-iskart industrijali bijodegradabbli minn impjanti li jappartjenu għas-setturi industrijali elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 91/271/KEE, sakemm l-ilma mormi minn dawk l-impjanti ma jidħolx f’sistema ta’ ġbir u jkun soġġett għal trattament f’impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban.
|
|
(21)
|
L-użu mill-ġdid tal-ilma mormi urban trattat għal tisqija agrikola huwa azzjoni mmexxija mis-suq, ibbażata fuq id-domandi u l-ħtiġijiet tas-settur agrikolu, b’mod partikolari f’ċerti Stati Membri li jiffaċċaw nuqqas ta’ riżorsi tal-ilma. L-operaturi tal-faċilitajiet tar-reklamazzjoni u l-utenti aħħarin jenħtieġ li jikkooperaw biex jiżguraw li l-ilma reklamat prodott skont ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità stabbiliti b’dan ir-Regolament jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti aħħarin fir-rigward tal-kategoriji ta’ għelejjel. F’każijiet fejn il-klassijiet tal-kwalità tal-ilma prodotti mill-operaturi tal-faċilitajiet tar-reklamazzjoni ma jkunux kompatibbli mal-kategorija tal-għelejjel u l-metodu tat-tisqija diġà fis-seħħ fiż-żona moqdija, pereżempju f’sistema ta’ provvista kollettiva, ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma jistgħu jintlaħqu bl-użu, fi stadju sussegwenti, ta’ diversi opzjonijiet waħedhom ta’ trattament tal-ilma jew flimkien ma’ opzjonijiet li ma jinkludux trattament għall-ilma reklamat, skont l-approċċ ta’ diversi ostakli.
|
|
(22)
|
Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu mill-ġdid tar-riżorsi tal-ilma mormi urban, jenħtieġ li l-utenti aħħarin jitħarrġu biex jiġi żgurat li huma jużaw ilma reklamat tal-klassi ta’ kwalità adatta. Fejn id-destinazzjoni ta’ tip ta’ għalla speċifika mhix magħrufa jew fejn għandha destinazzjonijiet multipli, jenħtieġ li jintuża ilma reklamat tal-għola klassi ta’ kwalità, sakemm ma jiġux applikati ostakli xierqa li jippermettu li tinkiseb il-kwalità meħtieġa.
|
|
(23)
|
Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-użu tal-ilma reklamat huwa sikur, sabiex b’hekk jitħeġġeġ l-użu mill-ġdid tal-ilma fil-livell tal-Unjoni u tissaħħaħ il-kunfidenza tal-pubbliku fih. Għalhekk, il-produzzjoni u l-provvista ta’ ilma reklamat għat-tisqija agrikola jenħtieġ li jiġu permessi biss abbażi ta’ permess, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Sabiex jiġu żgurati approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni, it-traċċabilità tal-ilma reklamat u t-trasparenza, jenħtieġ li jiġu stipulati r-regoli sostantivi għal tali permessi fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, id-dettalji tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, bħall-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u l-iskadenzi, jenħtieġ li jiġu determinati mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw il-proċeduri eżistenti għall-għoti tal-permessi, li jenħtieġ li jiġu adattati biex iqisu r-rekwiżiti introdotti minn dan ir-Regolament. Meta jaħtru lill-partijiet responsabbli għat-tfassil tal-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma u l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-permess għall-produzzjoni u l-provvista tal-ilma reklamat, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li ma jkun hemm ebda konflitt ta’ interessi.
|
|
(24)
|
Jekk ikunu meħtieġa operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma reklamat u operatur tal-ħażna tal-ilma reklamat, jenħtieġ li jkun possibbli li tali operaturi jkunu meħtieġa li jkollhom permess. Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għall-permess, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru jenħtieġ li tagħti permess li jkun fih il-kundizzjonijiet u l-miżuri kollha neċessarji stabbiliti fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma.
|
|
(25)
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operazzjonijiet ta’ trattament u l-operazzjonijiet tar-reklamazzjoni tal-ilma mormi urban iseħħu fl-istess post fiżiku, bl-użu tal-istess faċilità jew faċilitajiet differenti u separati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-istess attur ikun kemm l-operatur tal-impjant tat-trattament kif ukoll l-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni.
|
|
(26)
|
Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità tal-ilma reklamat mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-permess rilevanti. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet jesiġu li l-partijiet responsabbli jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li l-ilma reklamat ikun konformi. Il-provvista tal-ilma reklamat jenħtieġ li tiġi sospiża fejn in-nonkonformità tikkawża riskju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali.
|
|
(27)
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma maħsuba li jkunu komplementari għar-rekwiżiti ta’ leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji possibbli għas-saħħa u għall-ambjent.Sabiex jiġi żgurat approċċ olistiku biex jiġu indirizzati r-riskji possibbli għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, l-operaturi tal-faċilitajiet tar-reklamazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti stipulati f’leġislazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE (8) u 91/676/KEE (9). Id-Direttivi 91/271/KEE, 98/83/KE u 2000/60/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 (10), (KE) Nru 852/2004 (11), (KE) Nru 183/2005 (12), (KE) Nru 396/2005 (13) u (KE) Nru 1069/2009 (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2006/7/KE (15), 2006/118/KE (16), 2008/105/KE (17) u 2011/92/UE (18) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (19), (KE) Nru 1881/2006 (20) u (UE) Nru 142/2011 (21).
|
|
(28)
|
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-operaturi fin-negozju tal-ikel u jkopri l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dak ir-Regolament jindirizza l-kwalità tas-saħħa tal-ikel u wieħed mill-prinċipji ewlenin tiegħu hu li r-responsabbiltà ewlenija għas-sigurtà tal-ikel tinġarr mill-operatur fin-negozju tal-. Dak ir-Regolament huwa wkoll appoġġat minn gwida dettaljata. F’dan ir-rigward, l-avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba huwa ta’ rilevanza partikolari. Ir-rekwiżiti minimi għall-ilma reklamat stipulati f’dan ir-Regolament ma jipprekludux lill-operaturi fin-negozju tal-ikel milli jiksbu l-kwalità tal-ilma meħtieġa biex tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 billi, fi stadju sussegwenti, jużaw diversi għażliet għat-trattament tal-ilma individwalment jew flimkien ma’ għażliet oħra li ma jittrattawx l-ilma.
|
|
(29)
|
Hemm potenzjal kbir għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat. Bil-ħsieb li jiġi promoss u inkoraġġut l-użu mill-ġdid tal-ilma, jenħtieġ li l-indikazzjoni ta’ użi speċifiċi f’dan ir-Regolament ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jippermettu l-użu ta’ ilma reklamat għal skopijiet oħra, inkluż għal skopijiet industrijali, ambjentali u ta’ servizzi ta’ konvenjenza, kif meqjus neċessarju fid-dawl taċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet nazzjonali dment li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.
|
|
(30)
|
Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ma’ awtoritajiet rilevanti oħra permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali.
|
|
(31)
|
Sabiex tiżdied il-fiduċja fl-użu mill-ġdid tal-ilma, jenħtieġ li tingħata informazzjoni lill-pubbliku. Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni ċara, komprensiva u aġġornata dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma tippermetti żieda fit-trasparenza u t-traċċabilità, u tista’ tkun ukoll ta’ użu partikolari għal awtoritajiet rilevanti oħra li jintlaqtu minn dak l-użu mill-ġdid tal-ilma speċifiku. Sabiex iħeġġu l-użu mill-ġdid tal-ilma bil-għan li l-partijiet ikkonċernati jsiru konxji mill-benefiċċji tal-użu mill-ġdid tal-ilma u b’hekk tiġi promossa l-aċċettazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jiġu żviluppati kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni adattati għall-iskala tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
|
|
(32)
|
L-edukazzjoni u t-taħriġ tal-utenti aħħarin huma ta’ importanza primarja bħala komponenti tal-implimentazzjoni u taż-żamma ta’ miżuri ta’ prevenzjoni. Fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma jenħtieġ li jiġu kkunsidrati miżuri preventivi speċifiċi kontra l-esponiment tal-bniedem, pereżempju l-użu ta’ tagħmir protettiv personali, il-ħasil tal-idejn u l-iġjene personali.
|
|
(33)
|
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt tal-aċċess għal informazzjoni ambjentali fl-Istati Membri skont l-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (23) (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus). Id-Direttiva 2003/4/KE tistabbilixxi obbligi estensivi marbuta mad-disponibbiltà tal-informazzjoni ambjentali fuq talba, kif ukoll mad-disseminazzjoni b’mod attiv ta’ tali informazzjoni. Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) tkopri l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġeografika, inkluż settijiet ta’ data dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament marbuta mal-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tas-settijiet tad-data jkunu komplementari ma’ dawk id-Direttivi u ma joħolqux reġim legali separat. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-informazzjoni lill-pubbliku u dwar l-informazzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.
|
|
(34)
|
Id-data pprovduta mill-Istati Membri hija essenzjali sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja u tivvaluta dan ir-Regolament fir-rigward tal-għanijiet li jridu jintlaħqu.
|
|
(35)
|
Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (25), jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Unjoni u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ulterjuri possibbli. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis il-progress xjentifiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt potenzjali ta’ sustanzi ta’ tħassib emerġenti.
|
|
(36)
|
Ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid sikur tal-ilma mormi urban trattat jirriflettu l-għarfien xjentifiku disponibbli u l-istandards u l-prattiki rikonoxxuti internazzjonalment għall-użu mill-ġdid tal-ilma u jiggarantixxu li ilma bħal dan jista’ jintuża b’mod sikur għat-tisqija agrikola, biex b’hekk jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Fid-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew kull meta l-iżviluppi xjentifiċi ġodda u l-progress tekniku jitolbu dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ teżamina l-ħtieġa li tirrieżamina r-rekwiżiti minimi stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I u, fejn xieraq, jenħtieġ li tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament.
|
|
(37)
|
Sabiex l-elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex temenda l-elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju previsti f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun kapaċi wkoll tadotta atti delegati li jissupplimentaw l-elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju previsti f’dan ir-Regolament billi tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-fażi tal-ħidma ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
|
|
(38)
|
Sabiex jiġu żgurati l-kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tar-regoli dettaljati fir-rigward tal-format u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li trid tingħata mill-Istati Membri, u fir-rigward tal-format u l-preżentazzjoni tal-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni mfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).
|
|
(39)
|
L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa, fost affarijiet oħra, li jipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Kif sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja f’diversi okkażjonijiet, ikun inkompatibbli mal-effett vinkolanti li t-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti lil Direttiva, li tiġi eskluża, fil-prinċipju, il-possibbiltà ta’ obbligu impost minn Direttiva milli jiġi invokat mill-persuni kkonċernati. Dik il-kunsiderazzjoni tapplika wkoll fir-rigward ta’ Regolament li għandu l-għan li jiggarantixxi li l-ilma reklamat huwa sikur għat-tisqija agrikola.
|
|
(40)
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
(41)
|
Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba raġunijiet ta’ skala u effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.
|
|
(42)
|
Huwa neċessarju li jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex l-operaturi jippreparaw għall-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda.
|
|
(43)
|
Bil-ħsieb li jiġi żviluppat u promoss kemm jista’ jkun l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat b’mod xieraq u sabiex ikun hemm titjib sinifikanti fl-affidabbiltà tal-ilma mormi trattat b’mod xieraq u f’metodi vijabbli ta’ użu, l-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp f’dan il-qasam permezz tal-programm Orizzont Ewropa.
|
|
(44)
|
Dan ir-Regolament ifittex li jħeġġeġ l-użu sostenibbli tal-ilma. Fid-dawl ta’ dik il-mira, il-Kummissjoni jenħtieġ li timpenja ruħha sabiex tuża l-programmi tal-Unjoni, inkluż il-Programm LIFE, biex tappoġġa inizjattivi lokali li jinvolvu l-użu mill-ġdid ta’ ilma mormi trattat b’mod xieraq,
|
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. N. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A METELKO-ZGOMBIĆ
|
|
Artikolu 1 Suġġett u għan
|
|
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Artikolu 4 Obbligi tal-operaturi tal-faċilitajiet tar-reklamazzjoni u obbligi rigward il-kwalità tal-ilma reklamat
|
|
|
Artikolu 5 Ġestjoni tar-riskju
|
|
|
Artikolu 6 Obbligi rigward il-permess għall-ilma reklamat
|
|
|
Artikolu 7 Kontroll tal-konformità
|
|
|
Artikolu 8 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
|
|
|
Artikolu 9 Informazzjoni u sensibilizzazzjoni
|
L-iffrankar tar-riżorsi tal-ilma bħala riżultat tal-użu mill-ġdid tal-ilma għandu jkun is-suġġett ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni ġenerali fl-Istati Membri fejn l-ilma reklamat jintuża għat-tisqija agrikola. Tali kampanji jistgħu jinkludu l-promozzjoni tal-benefiċċji tal-użu mill-ġdid tal-ilma sikur.
|
|
Artikolu 10 Informazzjoni lill-pubbliku
|
|
|
Artikolu 11 Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
|
|
|
Artikolu 12 Evalwazzjoni u rieżami
|
|
|
Artikolu 13 Eżerċizzju tad-delega
|
|
|
Artikolu 14 Proċedura tal-kumitat
|
|
|
Artikolu 15 Penali
|
Artikolu 15
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sas-26 ta’ Ġunju 2024, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
|
|
Artikolu 16 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mis-26 ta’ Ġunju 2023.
(1)
ĠU C 110, 22.3.2019, p. 94.
(2)
ĠU C 86, 7.3.2019, p. 353.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-7 ta’ April 2020 (ĠU C 147, 4.5.2020, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Mejju 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(6)
ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 33.
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37).
(16) Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
(17) Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
(18) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338 22.12.2005, p. 1) [Traduzzjoni mhux uffiċjali].
(20) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(21) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(22) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(23)
ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.
(24) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(25)
ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(26) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
|
|
ANNESS I UŻI U REKWIŻITI MINIMI
|
ANNESS I
UŻI U REKWIŻITI MINIMI
Taqsima 1
Użi tal-ilma reklamat
Tisqija agrikola
Tisqija agrikola tfisser it-tisqija tat-tipi ta’ għelejjel li ġejjin:
|
—
|
għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin, jiġifieri għelejjel maħsuba għall-konsum mill-bniedem fi stat nejj jew mhux ipproċessati;
|
|
—
|
għelejjel tal-ikel ipproċessati, jiġifieri għelejjel maħsuba għall-konsum mill-bniedem wara proċess ta’ trattament (jiġifieri, imsajrin jew proċessati industrijalment);
|
|
—
|
għelejjel mhux tal-ikel, jiġifieri għelejjel mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (jiġifieri għelejjel tal-bur u tal-foraġġ, tal-fibra, ornamentali, taż-żerriegħa, tal-enerġija u tat-terf).
|
Mingħajr preġudizzju għal liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent u s-saħħa, l-Istati Membri jistgħu jużaw ilma reklamat għal użi ulterjuri pereżempju:
|
—
|
użu mill-ġdid tal-ilma industrijali; u
|
|
—
|
skopijiet relatati ma’ servizzi ta’ konvenjenza u skopijiet ambjentali.
|
Taqsima 2
Rekwiżiti minimi
Rekwiżiti minimi applikabbli għall-ilma reklamat maħsub biex jintuża għat-tisqija agrikola
Il-klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użi u l-metodi ta’ tisqija permessi għal kull klassi huma stabbiliti fit-Tabella 1. Ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma huma stabbiliti fit-Tabella 2 tal-punt (a). Il-frekwenzi minimi u l-miri ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-ilma reklamat huma stabbiliti fit-Tabella 3 (monitoraġġ tar-rutina) u fit-Tabella 4 (monitoraġġ tal-validazzjoni) tal-punt (b).
L-għelejjel li jappartjenu għal kategorija partikolari għandhom jissaqqew bl-ilma reklamat tal-klassi tal-kwalità minima tal-ilma reklamat korrispondenti kif stipulat fit-Tabella 1, sakemm ma jintużawx ostakli addizzjonali xierqa kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(4), li jirriżultaw fil-kisba tar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fit-Tabella 2 tal-punt (a). Ostakli addizzjonali bħal dawn jistgħu jkunu bbażati fuq il-lista indikattiva ta’ miżuri preventivi msemmija fil-punt 7 tal-Anness II jew fi kwalunkwe standard nazzjonali jew internazzjonali ekwivalenti ieħor, eż. l-istandard ISO 16075-2.
Tabella 1 — Klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu agrikolu u l-metodu ta’ tisqija permessi
|
Klassi tal-kwalità minima tal-ilma reklamat
|
Kategorija tal-għalla (*1)
|
Metodu ta’ tisqija
|
|
A
|
L-għelejjel tal-ikel kollha ikkonsmati nejjin fejn il-parti li tittiekel tinsab f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat u għelejjel bl-għeruq ikkonsmati nejjin
|
Il-metodi kollha ta’ tisqija
|
|
B
|
L-għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin fejn il-parti li tittiekel hija prodotta ’l fuq mill-art u mhijiex f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat, l-għelejjel tal-ikel ipproċessati u l-għelejjel mhux tal-ikel inkluż l-għelejjel użati biex jingħalfu annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam
|
Il-metodi kollha ta’ tisqija
|
|
C
|
L-għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin fejn il-parti li tittiekel hija prodotta ’l fuq mill-art u mhijiex f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat, l-għelejjel tal-ikel ipproċessati u l-għelejjel mhux tal-ikel inkluż l-għelejjel użati biex jingħalfu annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam
|
Tisqija bil-qatra (*2) jew metodu ieħor ta’ tisqija li jevita kuntatt dirett mal-parti tal-għelejjel li tittiekel
|
|
D
|
L-għelejjel industrijali, enerġetiċi u li jinżergħu
|
Il-metodi kollha ta’ tisqija (*3)
|
(a) Rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma
Tabella 2 — Rekwiżiti għall-kwalità tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola
|
Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat
|
Mira indikattiva tat-teknoloġija
|
Rekwiżiti ta’ kwalità
|
|
E. coli
(numru/100 ml)
|
BOD5
(mg/l)
|
TSS
(mg/l)
|
Turbidità
(NTU)
|
Oħrajn
|
|
A
|
Trattament sekondarju, filtrazzjoni u diżinfezzjoni
|
≤ 10
|
≤ 10
|
≤ 10
|
≤ 5
|
Legionella spp.: < 1 000 cfu/l fejn hemm riskju ta’ aerosolizzazzjoni
Nematodi intestinali (bajd tal-elmindi): ≤ 1 bajda/l għat-tisqija tal-bwar jew l-foraġġ
|
|
B
|
Trattament sekondarju u diżinfezzjoni
|
≤ 100
|
Skont id-Direttiva 91/271/KEE
(Anness I, Tabella 1)
|
Skont id-Direttiva 91/271/KEE
(Anness I, Tabella 1)
|
-
|
|
C
|
Trattament sekondarju u diżinfezzjoni
|
≤ 1 000
|
-
|
|
D
|
Trattament sekondarju u diżinfezzjoni
|
≤ 10 000
|
-
|
L-ilma reklamat għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2 fejn il-kejl għal dak l-ilma reklamat jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
|
—
|
il-valuri indikati għall-E. coli, l-Legionella spp. u n-nematodi intestinali jintlaħqu f’90 % jew aktar tal-kampjuni; l-ebda wieħed mill-valuri tal-kampjuni ma jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu tal-unità logaritmika mill-valur indikat għall-E. coli u l-Legionella spp. u 100 % tal-valur indikat għan-nematodi intestinali;
|
|
—
|
il-valuri indikati għall-BOD5, it-TSS u t-turbidità fil-Klassi A jintlaħqu f’90 % jew aktar tal-kampjuni. L-ebda wieħed mill-valuri tal-kampjuni ma jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu ta’ 100 % tal-valur indikat.
|
(b) Rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ
L-operaturi ta’ faċilitajiet tar-reklamazzjoni għandhom iwettqu monitoraġġ ta’ rutina biex jivverifikaw li l-ilma reklamat huwa konformi mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stabbiliti fil-punt (a). Il-monitoraġġ tar-rutina għandu jiġi inkluż fil-proċeduri ta’ verifika tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
Il-kampjuni li għandhom jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità mal-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta’ konformità għandhom jittieħdu skont l-istandard EN ISO 19458 jew skont kwalunkwe standard nazzjonali jew internazzjonali ieħor li jiżgura kwalità ekwivalenti.
Tabella 3 — Frekwenzi minimi għall-monitoraġġ ta’ rutina tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola
|
|
Frekwenzi tal-monitoraġġ minimi
|
|
Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat
|
E. coli
|
BOD5
|
TSS
|
Turbidità
|
Legionella spp.
(meta applikabbli)
|
Nematodi intestinali
(meta applikabbli)
|
|
A
|
Darba fil-ġimgħa
|
Darba fil-ġimgħa
|
Darba fil-ġimgħa
|
Kontinwament
|
Darbtejn fix-xahar
|
Darbtejn fix-xahar jew kif determinata mill-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni skont in-numru ta’ bajd fl-ilma mormi li jidħlu fil-faċilità tar-reklamazzjoni
|
|
B
|
Darba fil-ġimgħa
|
Skont id-Direttiva 91/271/KEE
(Anness I, Taqsima D)
|
Skont id-Direttiva 91/271/KEE
(Anness I, Taqsima D)
|
-
|
|
C
|
Darbtejn fix-xahar
|
-
|
|
D
|
Darbtejn fix-xahar
|
-
|
Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jsir qabel ma faċilità ġdida tar-reklamazzjoni tibda titħaddem.
Il-faċilitajiet tar-reklamazzjoni li diġà qegħdin joperaw u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma reklamat stabbiliti fit-Tabella 2 tal-punt (a) fil-25 ta’ Ġunju 2020 għandhom ikunu eżentati minn dak l-obbligu ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni.
Madankollu, l-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jitwettaq fil-każijiet kollha fejn isir titjib fit-tagħmir, u meta jiżdiedu tagħmir jew proċessi ġodda.
Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jsir għall-klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat bir-rekwiżiti l-aktar stretti, il-Klassi A, sabiex jiġi vvalutat jekk hux qed ikun hemm konformità mal-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10). Il-monitoraġġ tal-valutazzjoni għandu jinkludi l-monitoraġġ tal-mikroorganiżmi indikaturi assoċjati ma’ kull grupp ta’ patoġeni, jiġifieri batterji, viruses u protozoa. Il-mikroorganiżmi indikaturi magħżula huma l-E. coli għall-batterji patoġeniċi, il-kolifaġi F-speċifiċi, il-kolifaġi somatiċi jew il-kolifaġi għall-viruses patoġeniċi, u l-ispori ta’ Clostridium perfringens jew il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori għall-protozoa. Il-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10) għall-monitoraġġ tal-validazzjoni għall-mikroorganiżmi indikaturi magħżula huma stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jintlaħqu fil-punt ta’ konformità, filwaqt li jitqiesu l-konċentrazzjonijiet tal-ilma mormi mhux ipproċessat li jidħlu fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban. Mill-inqas 90 % tal-kampjuni ta’ validazzjoni għandhom jilħqu jew jaqbżu l-miri ta’ prestazzjoni.
Jekk indikatur bijoloġiku ma jkunx preżenti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-ilma mormi mhux ipproċessat biex jinkiseb it-tnaqqis ta’ log10, in-nuqqas ta’ tali indikatur bijoloġiku fl-ilma reklamat għandu jfisser li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ validazzjoni. Il-konformità mal-mira ta’ prestazzjoni tista’ tiġi stabbilita b’kontroll analitiku, biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta’ evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew, bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar jew studji ta’ każijiet, jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv.
Tabella 4 — Monitoraġġ tal-validazzjoni tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola
|
Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat
|
Mikroorganiżmi indikaturi (*4)
|
Miri ta’ prestazzjoni għall-katina ta’ trattament
(tnaqqis ta’ log10)
|
|
A
|
E. coli
|
≥ 5,0
|
|
Kolifaġi totali/kolifaġi F-speċifiċi/kolifaġi somatiċi/kolifaġi (*5)
|
≥ 6,0
|
|
Spori ta’ Clostridium perfringens/batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori (*6)
|
≥ 4,0 (fil-każ ta’ spori ta’ Clostridium perfringens)
≥ 5,0 (fil-każ ta’ batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori)
|
Il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ għandhom jiġu vvalidati u dokumentati skont EN ISO/IEC-17025 jew standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw kwalità ekwivalenti.
(*1) Jekk l-istess tip ta’ għelejjel imsaqqija jaqa’ taħt diversi kategoriji tat-Tabella 1, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-kategorija l-aktar stretta.
(*2) It-tisqija bil-qatra hija sistema ta’ mikrotisqija li kapaċi twassal qtar tal-ilma jew flussi żgħar ħafna lill-pjanti u tinvolvi t-taqtir tal-ilma fil-ħamrija jew direttament taħt is-superfiċe tagħha b’rati baxxi ħafna (2-20 litru/siegħa) minn sistema ta’ pajpijiet tal-plastik b’dijametru żgħir imwaħħlin bi żbokkijiet imsejħa emittenti jew qattara.
(*3) Fil-każ ta’ metodi ta’ tisqija li jimitaw ix-xita, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema jew ta’ dawk li jkunu fil-qrib. Għal dan il-għan, għandhom jiġu applikati miżuri preventivi xierqa.
(*4) Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-validazzjoni, jistgħu jintużaw ukoll il-patoġeni ta’ referenza Campylobacter, Rotavirus u Cryptosporidium minflok il-mikroorganiżmi indikaturi proposti. Imbagħad għandhom japplikaw il-miri ta’ prestazzjoni bi tnaqqis ta’ log10 li ġejjin: Campylobacter (≥ 5,0), Rotavirus (≥ 6,0) u Cryptosporidium (≥ 5,0).
(*5) It-total ta’ kolifaġi ntgħażel bħala l-iktar indikatur virali xieraq. Madankollu, jekk l-analiżi tat-total ta’ kolifaġi mhijiex fattibbli, għandu jiġi analizzat mill-inqas wieħed minnhom (kolifaġi F-speċifiċi jew somatiċi).
(*6) L-ispori ta’ Clostridium perfringens jintgħażlu bħala l-iktar indikatur tal-protozoa xieraq. Madankollu, il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori huma alternattiva jekk il-konċentrazzjoni tal-ispori ta’ Clostridium perfringens ma tippermettix li jiġi vvalidat it-tnaqqis ta’ log10 mitlub.
|
|
ANNESS II
|
ANNESS II
|
(A)
|
Elementi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju
Il-ġestjoni tar-riskju għandha tinkludi l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji b’mod proattiv biex tiżgura li l-ilma reklamat jintuża u jiġi ġestit b’mod sikur u li ma jkunx hemm riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali. Għal dawn il-finijiet, għandu jiġi stabbilit pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma abbażi tal-elementi li ġejjin:
|
1.
|
Id-deskrizzjoni tas-sistema kollha tal-użu mill-ġdid tal-ilma, mid-dħul tal-ilma mormi fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban sal-punt tal-użu, inkluż is-sorsi tal-ilma mormi, l-istadji ta’ trattament u t-teknoloġiji użati fil-faċilità tar-reklamazzjoni, l-infrastruttura tal-provvista, id-distribuzzjoni u l-ħżin, l-użu maħsub, il-post u l-perijodu tal-użu, (eż. użu temporanju jew ad hoc), il-metodu ta’ tisqija, it-tip ta’ għelejjel, sorsi oħra tal-ilma jekk huwa maħsub l-użu ta’ taħlit u l-volumi ta’ ilma reklamat li għandu jiġi pprovdut.
|
|
2.
|
L-identifikazzjoni tal-partijiet kollha involuti fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma u deskrizzjoni ċara tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tagħhom.
|
|
3.
|
L-identifikazzjoni tal-perikli potenzjali, b’mod partikolari l-preżenza ta’ inkwinanti u patoġeni, u l-potenzjal ta’ avvenimenti perikolużi, bħal fallimenti tat-trattament jew it-tnixxija aċċidentali jew il-kontaminazzjoni tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma.
|
|
4.
|
L-identifikazzjoni tal-ambjenti u l-popolazzjonijiet f’riskju, u r-rotot tal-esponiment għall-perikli potenzjali identifikati, filwaqt li jitqiesu l-fatturi ambjentali speċifiċi, bħall-idroġeoloġija, it-topoloġija, it-tip ta’ ħamrija u l-ekoloġija lokali, u l-fatturi marbuta mat-tipi ta’ għelejjel u prattiki agrikoli u ta’ tisqija. Għandhom jitqiesu wkoll u jkunu sostnuti b’evidenza xjentifika l-effetti negattivi irreversibbli jew fit-tul possibbli għall-ambjent u għas-saħħa tal-operazzjoni tar-reklamazzjoni tal-ilma.
|
|
5.
|
Il-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, filwaqt li jitqiesu n-natura tal-perikli potenzjali identifikati, id-durata tal-użi maħsuba, l-ambjenti u l-popolazzjonijiet identifikati fir-riskju ta’ esponiment għal dawk il-perikli u s-severità tal-effetti possibbli tal-perikli filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ prekawzjoni, kif ukoll il-leġislazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali rilevanti, id-dokumenti ta’ gwida u r-rekwiżiti minimi fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel, tal-għalf u tal-ħaddiema. Il-valutazzjoni tar-riskju tista’ tkun ibbażata fuq analiżi tal-istudji xjentifiċi u d-data disponibbli.
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent, inklużi dawn kollha li ġejjin:
|
(i)
|
konferma tan-natura tal-perikli, inkluż il-livell ta’ bla effett imbassar, meta rilevanti;
|
|
(ii)
|
valutazzjoni tal-medda ta’ esponiment potenzjali;
|
|
(iii)
|
karatterizzazzjoni tar-riskji;
|
|
|
(b)
|
valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, inkluż dawn kollha li ġejjin:
|
(i)
|
konferma tan-natura tal-perikli, inkluż ir-relazzjoni bejn id-doża u r-reazzjoni, meta rilevanti;
|
|
(ii)
|
valutazzjoni tal-firxa tad-doża jew tal-esponiment potenzjali;
|
|
(iii)
|
karatterizzazzjoni tar-riskji.
|
|
Il-valutazzjoni tar-riskju tista’ titwettaq bl-użu ta’ valutazzjoni tar-riskju kwalitattiva jew semikwantitattiva. Valutazzjoni tar-riskju kwantitattiva għandha tintuża meta jkun hemm biżżejjed data ta’ appoġġ jew fi proġetti li jkollhom potenzjal ta’ riskju għoli għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika.
Ir-rekwiżiti u l-obbligi li ġejjin għandhom, bħala minimu, jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju:
|
(a)
|
ir-rekwiżit li jitnaqqas u jiġi evitat it-tniġġis fl-ilma minn nitrati skont id-Direttiva 91/676/KEE;
|
|
(b)
|
l-obbligu li ż-żoni protetti għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 98/83/KE;
|
|
(c)
|
ir-rekwiżit li jintlaħqu l-objettivi ambjentali stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
(d)
|
ir-rekwiżit li jiġi evitat it-tniġġis fl-ilma ta’ taħt l-art skont id-Direttiva 2006/118/KE;
|
|
(e)
|
ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji u ċerti inkwinanti oħra stipulati fid-Direttiva 2008/105/KE;
|
|
(f)
|
ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità ambjentali għall-inkwintanti ta’ tħassib nazzjonali, jiġifieri l-inkwinanti speċifiċi għall-baċini idrografiċi, stipulati fid-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
(g)
|
ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità tal-ilma għall-għawm stipulati fid-Direttiva 2006/7/KE;
|
|
(h)
|
ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura skont id-Direttiva 86/278/KEE;
|
|
(i)
|
ir-rekwiżiti dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-gwida mogħtija mill-avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba;
|
|
(j)
|
ir-rekwiżiti għall-iġjene tal-għalf stipulati fir-Regolament (KE) Nru 183/2005;
|
|
(k)
|
ir-rekwiżit tal-konformità mal-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005;
|
|
(l)
|
ir-rekwiżiti fir-rigward tal-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006;
|
|
(m)
|
ir-rekwiżiti fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu tal-pestiċidi fl-ikel jew fuq l-ikel u l-għalf stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005;
|
|
(n)
|
ir-rekwiżiti rigward is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (UE) Nru 142/2011.
|
|
|
|
(B)
|
Kondizzjonijiet rigward ir-rekwiżiti addizzjonali
|
6.
|
Konsiderazzjoni tar-rekwiżiti għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ li huma addizzjonali, jew aktar stretti, għal dawk speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Anness I, jew it-tnejn, meta neċessarju u xieraq biex tiġi żgurata protezzjoni xierqa tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, b’mod partikolari meta jkun hemm evidenza xjentifika ċara li r-riskju joriġina mill-ilma reklamat u mhux minn sorsi oħra.
Skont l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 5, dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari lil:
|
(c)
|
prodotti sekondarji ta’ diżinfezzjoni;
|
|
(e)
|
sustanzi ta’ tħassib emerġenti oħra, inkluż mikroinkwinanti u mikroplastiċi;
|
|
(f)
|
reżistenza għall-antimikrobiċi.
|
|
|
|
(C)
|
Miżuri preventivi
|
7.
|
L-identifikazzjoni ta’ miżuri preventivi li diġà qegħdin fis-seħħ jew li jenħtieġ li jittieħdu biex jiġu limitati r-riskji sabiex ir-riskji identifikati kollha jkunu jistgħu jiġu ġestiti b’mod adegwat. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u liż-żoni ta’ salvagwardja rilevanti.
Dawn il-miżuri preventivi jistgħu jinkludu:
|
(b)
|
miżuri addizzjonali ta’ diżinfezzjoni jew ta’ tneħħija tal-inkwinanti;
|
|
(c)
|
teknoloġija tat-tisqija speċifika għall-mitigazzjoni tar-riskju tal-formazzjoni ta’ aerosol (eż. tisqija bil-qatra);
|
|
(d)
|
rekwiżiti speċifiċi għat-tisqija bil-friefer (eż. il-veloċità massima tar-riħ, id-distanzi bejn il-friefer u żoni sensittivi);
|
|
(e)
|
rekwiżiti speċifiċi għal għelieqi agrikoli (eż. inklinazzjoni tal-pendil, saturazzjoni tal-ilma tal-għelieqi u żoni karstiċi);
|
|
(f)
|
appoġġ li joqtol lill-patoġeni qabel il-ħsad;
|
|
(g)
|
l-istabbiliment ta’ distanzi minimi ta’ sikurezza (eż. mill-ilma tal-wiċċ, inklużi sorsi għall-bhejjem, jew attivitajiet bħall-akkwakultura, it-trobbija tal-ħut, l-akkwakultura tal-frott tal-baħar bil-qoxra, l-għawm u attivitajiet akkwatiċi oħrajn);
|
|
(h)
|
sinjalar f’siti tat-tisqija, li jindika li qed jintuża ilma reklamat u li mhux tajjeb għax-xorb.
|
Il-miżuri preventivi speċifiċi li jistgħu jkunu rilevanti huma stabbiliti fit-Tabella 1.
Tabella 1 — Miżuri preventivi speċifiċi
|
Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat
|
Miżuri preventivi speċifiċi
|
|
A
|
|
—
|
Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu ġestiti.
|
|
|
B
|
|
—
|
Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija jew bil-qatra.
|
|
—
|
L-esklużjoni mill-bur tal-bhejjem tal-ħalib li jreddgħu sakemm jinxef il-bur.
|
|
—
|
L-għalf għandu jkun imnixxef jew maħżun f’silos qabel l-imballaġġ.
|
|
—
|
Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu ġestiti.
|
|
|
C
|
|
—
|
Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija jew bil-qatra.
|
|
—
|
L-esklużjoni mill-bur ta’ annimali li jirgħu għal ħamest ijiem wara l-aħħar tisqija.
|
|
—
|
L-għalf għandu jkun imnixxef jew maħżun f’silos qabel l-imballaġġ.
|
|
—
|
Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu ġestiti.
|
|
|
D
|
|
—
|
Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija jew bil-qatra.
|
|
|
|
8.
|
Sistemi u proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità adegwati, inkluż il-monitoraġġ tal-ilma reklamat għall-parametri rilevanti, u programmi ta’ manutenzjoni adegwati għat-tagħmir.
Huwa rakkomandat li l-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni jistabbilixxi u jżomm sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità skont ISO 9001 jew l-ekwivalenti tiegħu.
|
|
9.
|
Sistemi ta’ monitoraġġ ambjentali biex ikun żgurat li jingħata r-rispons mill-monitoraġġ u li l-proċessi u l-proċeduri kollha jiġu validati u dokumentati kif xieraq.
|
|
10.
|
Sistemi xierqa għall-ġestjoni ta’ inċidenti u emerġenzi, inklużi proċeduri biex jiġu infurmati il-partijiet rilevanti kollha dwar tali avvenimenti b’mod xieraq, u aġġornamenti regolari tal-pjan ta’ reazzjoni għal emerġenza.
L-Istati Membri jistgħu jużaw linji gwida jew standards internazzjonali eżistenti, bħal-Linji gwida ISO 20426:2018 għall-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u l-ġestjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma mhux tajjeb għax-xorb, il-Linji gwida ISO 16075:2015 għall-użu tal-ilma mormi għal proġetti ta’ tisqija jew standards ekwivalenti oħra aċċettati fil-livell internazzjonali, jew il-linji gwida tad-WHO, bħala strumenti għall-identifikazzjoni sistematika ta’ perikli, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji, abbażi ta’ approċċ ta’ prijorità applikat għall-katina kollha (mit-trattament tal-ilma mormi urban għall-użu mill-ġdid, għad-distribuzzjoni u l-użu għat-tisqija agrikola, għall-kontroll tal-effetti) u l-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit.
|
|
11.
|
Jiġi żgurat li jkunu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fost l-atturi differenti biex jiġu ggarantiti l-produzzjoni u l-użu sikuri tal-ilma reklamat.
|
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0741
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|