|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Sal-21 ta’ Awwissu 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u r-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja korrispondenti li jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni identika, kollha jew parti minnha, għall-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1. Wara dik in-notifika, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li:
(a)
tintroduċi bidliet għar-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja stipulati fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali elenkati fil-Parti B tal-Anness I; jew
(b)
tistipula rekwiżiti rilevanti ġodda għal informazzjoni regolatorja li jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni identika, kollha jew parti minnha, għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont ir-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn in-notifiki fi żmien xahar mill-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|