+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Dan ir-Regolament japplika:

(a) 

għar-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja stipulati:

(i) 

fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill KEE Nru 11 ( 1 );

(ii) 

fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE ( 2 );

(iii) 

fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

▼M1

(iv) 

l-Artikoli 9(2), 16(1) u l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ); dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mill-uffiċċji doganali previsti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni;

▼B

(v) 

fil-Kapitolu 5.4 tal-Parti 5 tal-Anness A għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR), konkluż f’Ġeneva fit-30 ta’ Settembru 1957, kif imsemmi fit-Taqsima I.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ); fil-Kapitolu 5.4. tal-Parti 5 tar-Regolamenti li jikkonċernaw Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID), li jidher bħala Appendiċi C għall-COTIF konkluż f’Vilnius fit-3 ta’ Ġunju 1999, kif imsemmi fit-Taqsima II.1 tal-Anness II għal dik id-Direttiva; u l-Kapitolu 5.4 tal-Parti 5 tar-Regolamenti annessi għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN), konkluż f’Ġeneva fis-26 ta’ Mejju 2000, kif imsemmi fit-Taqsima III.1 tal-Anness III għal dik id-Direttiva;

(b) 

ir-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja stipulati f’atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont att legali tal-Unjoni msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jew skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Dawk l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu elenkati fil-Parti A għall-Anness I għal dan ir-Regolament;

(c) 

ir-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja stipulati fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali elenkati fil-Parti B tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 2.
Sal-21 ta’ Awwissu 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u r-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja korrispondenti li jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni identika, kollha jew parti minnha, għall-informazzjoni li għandha tingħata skont ir-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1.

Wara dik in-notifika, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li:

(a) 

tintroduċi bidliet għar-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja stipulati fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali elenkati fil-Parti B tal-Anness I; jew

(b) 

tistipula rekwiżiti rilevanti ġodda għal informazzjoni regolatorja li jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni identika, kollha jew parti minnha, għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont ir-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn in-notifiki fi żmien xahar mill-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 2 3.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14, u temenda:

(a) 

il-Parti A tal-Anness I sabiex tinkorpora referenzi għal kwalunkwe rekwiżit għal informazzjoni regolatorja msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

il-Parti B tal-Anness I sabiex tinkorpora jew tħassar ir-referenzi għal-liġi nazzjonali u għar-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja f’konformità man-notifiki magħmula skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.