+Artikolu 9 Rekwiżiti funzjonali għall-pjattaformi tal-eFTI
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Rekwiżiti funzjonali għall-pjattaformi tal-eFTI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Il-pjattaformi tal-eFTI użati għall-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja għandhom jipprovdu funzjonalitajiet li jiżguraw li:
(a)
id-data personali tkun tista’ tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679;
(b)
id-data kummerċjali tkun tista’ tiġi pproċessata f’konformità mal-Artikolu 6;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaċċessaw u jipproċessaw id-data f’konformità mal- ispeċifikazzjonijiet adottati permezz ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 7 u 8;
(d)
l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jistgħu jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 4;
(e)
tista’ tiġi stabbilita rabta ta’ identifikazzjoni elettronika unika bejn vjeġġ u l-elementi tad-data relatati, inkluż referenza strutturata għall-pjattaforma tal-eFTI fejn id-data tkun disponibbli, bħal identifikatur uniku ta’ referenza;
(f)
id-data tkun tista’ tiġi pproċessata biss abbażi ta’ aċċess awtorizzat u awtentikat;
(g)
l-ipproċessar kollu ta’ data jiġi rreġistrat kif xieraq f’reġistri tal-operazzjonijiet sabiex jippermetti, bħala minimu, l-identifikazzjoni ta’ kull operazzjoni distinta ta’ pproċessar, il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun wettqet l-operazzjoni u s-sekwenzjar tal-operazzjonijiet fuq kull element individwali tad-data; jekk operazzjoni tkun tinvolvi l-modifika jew it-tħassir ta’ element ta’ data eżistenti, l-element tad-data oriġinali għandu jiġi ppreservat;
(h)
id-data tista’ tiġi arkivjata u tibqa’ aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti skont l-atti legali rilevanti tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li jistabbilixxu r-rekwiżiti rispettivi għal informazzjoni regolatorja;
(i)
ir-reġistri tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu jiġu arkivjati u jibqgħu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti għal finijiet ta’ awditjar għall-perijodu ta’ żmien speċifikat fl-atti legali tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali rilevanti li jistabbilixxu r-rekwiżiti rispettivi għal informazzjoni regolatorja u, għal finijiet ta’ monitoraġġ, għall-perijodi ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 17;
(j)
id-data tkun protetta kontra l-korruzzjoni u s-serq;
(k)
l-elementi tad-data pproċessati jikkorrispondu għas-sett ta’ data komuni tal-eFTI u għas-sottosettijiet ta’ data tal-eFTI kif stabbilit mill-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7, u jistgħu jiġu pproċessati bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni kif previst mill-atti legali tal-Unjoni u mil-liġi nazzjonali rilevanti li jistabbilixxu r-rekwiżiti rispettivi għal informazzjoni regolatorja.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet dettaljati fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Meta tadotta dawk l-ispeċifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha:
(a)
tfittex li tiżgura l-interoperabbiltà tal-pjattaformi tal-eFTI;
(b)
tqis soluzzjonijiet u standards tekniċi eżistenti rilevanti;
(c)
tiżgura li dawk l-ispeċifikazzjonijiet jibqgħu, sa fejn l-aktar possibbli, teknoloġikament newtrali.
L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jkopri l-elementi kollha msemmija fil- paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandu jiġi adottat mhux aktar tard mill-21 ta’ Awwissu 2023.
|
|
Artikolu 9 3.
|
B’deroga mill-paragrafu 2, l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li huma speċifikament relatati mal-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 2(1)(a) għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (UE) 2024/1157.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1056
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|