|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Il-pjattaformi tal-eFTI użati għall-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja għandhom jipprovdu funzjonalitajiet li jiżguraw li:
(a)
id-data personali tkun tista’ tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679;
(b)
id-data kummerċjali tkun tista’ tiġi pproċessata f’konformità mal-Artikolu 6;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaċċessaw u jipproċessaw id-data f’konformità mal- ispeċifikazzjonijiet adottati permezz ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 7 u 8;
(d)
l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jistgħu jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 4;
(e)
tista’ tiġi stabbilita rabta ta’ identifikazzjoni elettronika unika bejn vjeġġ u l-elementi tad-data relatati, inkluż referenza strutturata għall-pjattaforma tal-eFTI fejn id-data tkun disponibbli, bħal identifikatur uniku ta’ referenza;
(f)
id-data tkun tista’ tiġi pproċessata biss abbażi ta’ aċċess awtorizzat u awtentikat;
(g)
l-ipproċessar kollu ta’ data jiġi rreġistrat kif xieraq f’reġistri tal-operazzjonijiet sabiex jippermetti, bħala minimu, l-identifikazzjoni ta’ kull operazzjoni distinta ta’ pproċessar, il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun wettqet l-operazzjoni u s-sekwenzjar tal-operazzjonijiet fuq kull element individwali tad-data; jekk operazzjoni tkun tinvolvi l-modifika jew it-tħassir ta’ element ta’ data eżistenti, l-element tad-data oriġinali għandu jiġi ppreservat;
(h)
id-data tista’ tiġi arkivjata u tibqa’ aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti skont l-atti legali rilevanti tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li jistabbilixxu r-rekwiżiti rispettivi għal informazzjoni regolatorja;
(i)
ir-reġistri tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu jiġu arkivjati u jibqgħu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti għal finijiet ta’ awditjar għall-perijodu ta’ żmien speċifikat fl-atti legali tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali rilevanti li jistabbilixxu r-rekwiżiti rispettivi għal informazzjoni regolatorja u, għal finijiet ta’ monitoraġġ, għall-perijodi ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 17;
(j)
id-data tkun protetta kontra l-korruzzjoni u s-serq;
(k)
l-elementi tad-data pproċessati jikkorrispondu għas-sett ta’ data komuni tal-eFTI u għas-sottosettijiet ta’ data tal-eFTI kif stabbilit mill-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7, u jistgħu jiġu pproċessati bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni kif previst mill-atti legali tal-Unjoni u mil-liġi nazzjonali rilevanti li jistabbilixxu r-rekwiżiti rispettivi għal informazzjoni regolatorja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|