+Artikolu 12 Ċertifikazzjoni tal-pjattaformi tal-eFTI
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.

Artikolu 12 Ċertifikazzjoni tal-pjattaformi tal-eFTI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Fuq applikazzjoni minn żviluppatur ta’ pjattaforma tal-eFTI, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jivvaluta l-konformità tal-pjattaforma tal-eFTI tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1). Fil-każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità għal dik il-pjattaforma tal-eFTI. Fil-każ ta’ valutazzjoni negattiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi r-raġunijiet għall-valutazzjoni negattiva lill-applikant.
Artikolu 12 2.
Kull korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jżomm lista aġġornata tal-pjattaformi tal-eFTI li huwa jkun iċċertifika u li għalihom ikun irtira jew issospenda ċ-ċertifikazzjoni. Huwa għandu jagħmel din il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tiegħu u għandu jikkomunika l-indirizz ta’ dak is-sit web lill-awtorità nazzjonali nominata msemmija fl-Artikolu 11(3).
Artikolu 12 3.
L-informazzjoni li ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ pjattaforma tal-eFTI ċċertifikata għandha tkun akkumpanjata minn marka ta’ ċertifikazzjoni.
Artikolu 12 4.
L-iżviluppatur tal-pjattaforma tal-eFTI għandu japplika għal valutazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikazzjoni tiegħu jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2) jiġu riveduti.
Artikolu 12 5.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ pjattaformi tal-eFTI, u dwar l-użu tal-marka ta’ ċertifikazzjoni, inklużi regoli dwar it-tiġdid, is-sospensjoni u l-irtirar taċ-ċertifikazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.