|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.Mhux iktar tard mill-21 ta’ Frar 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta inizjattivi possibbli bil-ħsieb b’mod partikolari li:
(a)
tistabbilixxi l-obbligu għall-operaturi ekonomiċi li jagħmlu disponibbli b’mod elettroniku informazzjoni regolatorja għall-awtoritajiet kompetenti, f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(b)
tistabbilixxi aktar interoperabbiltà u interkonnettività bejn l-ambjent tal-eFTI u s-sistemi u l-pjattaformi differenti tal-ICT użati għar-reġistrazzjoni u l-ipproċessar ta’ informazzjoni regolatorja kif previst f’liġi oħra tal-Unjoni dwar it-trasport. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom b’mod partikolari jkopru l-emendar ta’ dan ir-Regolament u ta’ atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha tkun akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|