+Artikolu 4 Baġit tal-Programm
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5

Artikolu 4 Baġit tal-Programm

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 466 000 000 bi prezzijiet attwali.

Artikolu 4 2

2.   Id-distribuzzjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tinqasam fil-kategoriji ta’ nefqa li ġejjin:

(a)

EUR 63 000 000 għall-attivitajiet taħt il-programm Kozloduy;

(b)

EUR 55 000 000 għall-attivitajiet taħt il-programm Bohunice;

(c)

EUR 348 000 000 għall-attivitajiet taħt il-programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC, inkluż attivitajiet għat-twettiq tal-objettiv speċifiku stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 3(3).

Artikolu 4 3

3.   Il-flessibbiltà baġitarja tista’ tinkiseb billi jitqassmu mill-ġdid il-fondi fost l-attivitajiet taħt il-Programm, wara l-evalwazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 1i u skont ir-Regolament Finanzjarju, filwaqt li tingħata prijorità lill-attivitajiet li jikkontribwixxu lejn l-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tas-sikurezza tad-dekummissjonar u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv.

Artikolu 4 4

4.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri spejjeż relatati mal-attivitajiet inklużi fil-pjanijiet ta’ dekummissjonar rispettivi għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħall-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

Artikolu 4 5

5.   L-impenji baġitarji għall-attivitajiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.02.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0100
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.