|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjoni sostnuta mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dik fi ħdan faċilita’ ta’ taħlit jew pjattaforma kif definita fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta’ sostenn li mhumiex rimborsabbli jew, strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni b’forom ta’ sostenn rimborsabbli minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri;
(2)
“entità ġuridika” tfisser persuna fiżika, jew persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità li ma jkollhiex personalità ġuridika kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 197(2) tar-Regolament Finanzjarju;
(3)
“pajjiż assoċjat” tfisser pajjiż terz li huwa parti minn ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm skont l-Artikolu 10;
(4)
“organizzazzjoni internazzjonali ta’ interess Ewropew” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew li jkollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fi Stat Membru;
(5)
“Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropew” tfisser entità ġuridika magħżula skont l-Artikolu 16 sabiex twettaq il-kompiti taħt il-Programm, b’mod partikolari billi tipprovdi b’mod dirett, jew tiżgura aċċess għal, għarfien espert teknoloġiku u għall-faċilitajiet ta’ esperimentazzjoni, bħal tagħmir u għodod ta’ software li jippermettu t-trasformazzjoni diġitali ta’ industrija, kif ukoll billi tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament u hija tkun miftuħa għal negozji ta’ kull forma u daqs, b’mod partikolari għall-SMEs, il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u l-kumpaniji li jkunu qed jespandu, u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-Unjoni;
(6)
“ħiliet diġitali avvanzati” tfisser dawk il-ħiliet u l-kompetenzi professjonali li jirrikjedu l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa biex ikunu mifhuma, imfassla, żviluppati, amministrati, ittestjati, implimentati, użati u miżmuma t-teknoloġiji, il-prodotti u s-servizzi appoġġati mill-Programm kif imsemmija fl-Artikolu 7;
(7)
“Sħubija Ewropea” tfisser inizjattiva kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/695;
(8)
“intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju” jew “SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 1 );
(9)
“ċibersigurtà” tfisser l-attivitajiet meħtieġa biex jiġu mħarsa s-sistemi ta’networks u ta’ informazzjoni, l-utenti ta’ tali sistemi, u persuni oħra milquta minn theddid ċibernetiku;
(10)
“infrastrutturi tas-servizzi diġitali” tfisser l-infrastrutturi li jippermettu li jingħataw servizzi f’network b’mod elettroniku, tipikament permezz tal-Internet;
(11)
“Siġill ta’ Eċċellenza” tfisser tfisser tikketta ta’ kwalità li turi li proposta ppreżentata wara sejħa għall-proposti skont il-Programm tkun għaddiet il-limiti kollha ta’ evalwazzjoni stabbiliti fil-programm ta’ ħidma, imma ma setgħetx tiġi ffinanzjata minħabba nuqqas ta’ baġit disponibbli għal dik is-sejħa għall-proposti fil-programm ta’ ħidma, u tista’ tirċievi appoġġ minn sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni jew nazzjonali;
(12)
“skala eksa” tfisser, fil-kuntest ta’ sistemi tal-computing, li jkunu kapaċi jeżegwixxu operazzjonijiet li jżommu fil-wiċċ ta’ 1018 (10 mmultiplikat għal 18-il darba) għal kull sekonda. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|