|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.L-objettivi ġenerali tal-Programm għandhom ikunu li jappoġġa u jaċċelera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija, tal-industrija u tas-soċjetà Ewropea, li jġib il-benefiċċji tagħha liċ-ċittadini, lill-amministrazzjonijiet pubbliċi u lin-negozji madwar l-Unjoni, u li jtejjeb il-kompetittività tal-Ewropa fl-ekonomija globali diġitali filwaqt li jikkontribwixxi biex inaqqas id-distakk diġitali madwar l-Unjoni u jsaħħaħ mill-ġdid l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, permezz ta’ appoġġ olistiku, transettorjali u transfruntier u kontribuzzjoni aktar b’saħħitha tal-Unjoni. Il-Programm għandu jkun implimentat f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ programmi oħra tal-Unjoni kif japplikabbli, u għandu l-għan:
(a)
li jsaħħaħ u jippromwowi l-kapaċitajiet tal-Ewropa f’oqsma ta’ teknoloġija diġitali prinċipali permezz ta’ implimentazzjoni fuq skala kbira;
(b)
fis-settur privat u f’oqsma ta’ interess pubbliku, li jwessa’ t-tixrid u l-adozzjoni tat-teknoloġiji Ewropej f’oqsma diġitali ewlenin, billi jippromwovi t-trasformazzjoni diġitali u l-aċċess għal teknoloġiji diġitali;
(c)
li jappoġġa u jaċċellera proġetti, servizzi, kompetenzi u applikazzjonijiet b’użu doppju, filwaqt li jsaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|