|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 1 - Computing ta’ Prestazzjoni Għolja għandu jkollha l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
(a)
timplimenta, tikkoordina fil-livell tal-Unjoni u tħaddem supercomputing integrat orjentat lejn id-domanda u mmexxi mill-applikazzjoni fuq skala eksa tal-ogħla livell u infrastruttura tad-data li jkunu aċċessibbli faċilment għall-utenti pubbliċi u privati, b’mod partikolari SMEs, irrispettivament mill-Istat Membru li fih ikunu jinsabu, u faċilment aċċessibbli għal skopijiet ta’ riċerka, skont ir-Regolament (UE) 2018/1488;
(b)
timplimenta teknoloġija lesta biex tintuża u operattiva li tirriżulta mir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex tinbena ekosistema integrata ta’ HPC tal-Unjoni, li tkopri diversi aspetti fis-segmenti kollha tal-katina tal-valur xjentifiċi u industrijali, inkluż il-hardware, is-software, l-applikazzjonijiet, is-servizzi, l-interkonnessjonijiet u l-ħiliet diġitali, b’livell għoli ta’ sigurtà u protezzjoni tad-data;
(c)
timplimenta u topera infrastruttura ta’ skala posteksa, inkluż l-integrazzjoni ma’ teknoloġiji ta’ quantum computing u infrastrutturi ta’ riċerka għax-xjenza tal-computing u tinkoraġġixxi l-iżvilupp fi ħdan l-Unjoni tal-hardware u s-software meħtieġa għal tali implimentazzjoni;
(d)
timplimenta u topera Fabbriki tal-IA u Gigafabbriki tal-IA ta’ ġenerazzjoni ġdida li jkunu speċjalizzati fl-iżvilupp, fit-taħriġ u fit-tħaddim tal-mudelli u l-applikazzjonijiet tal-IA l-aktar kumplessi u kbar ħafna, inklużi l-hardware u s-software meħtieġa għal tali implimentazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|