|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 3 - Iċ-Ċibersigurtà u l-Fiduċja għandu jkollha l-objetttivi operazzjonali li ġejjin:
(a)
tappoġġa l-akkumulazzjoni u l-akkwist ta’ tagħmir avvanzati għaċ-ċibersigurtà, għodod u infrastrutturi tad-data, flimkien mal-Istati Membri, sabiex jinkiseb livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà f’livell Ewropew, b’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika tal-Unjoni;
(aa)
tappoġġa l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà stabbilita mill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2025/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) (is-“Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà”), inkluż l-iżvilupp, l-użu u l-operat taċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali u taċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri li jikkontribwixxu għall-għarfien sitwazzjonali fl-Unjoni u biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-intelligence dwar it-theddid ċibernetiku tal-Unjoni;
(b)
tappoġġa l-akkumulazzjoni u l-aħjar użu tal-għarfien, tal-kapaċità u tal-ħiliet Ewropej relatati maċ-ċibersigurtà u l-kondiviżjoni u l-integrazzjoni tal-aħjar prattiki;
(c)
tiżgura użu wiesa’ ta’ soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà effikaċi tal-aqwa kwalità madwar l-ekonomija Ewropea, b’attenzjoni speċjali għall-awtoritajiet pubbliċi u l-SMEs;
(d)
tirrinforza l-kapaċitajiet fl-Istati Membri u s-settur privat biex jgħinuhom jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) inkluż permezz ta’ miżuri li jappoġġaw l-adozzjoni tal-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà;
(e)
ittejjeb ir-reżiljenza kontra t-theddidiet ċibernetiċi u ibridi kontra l-infrastruttura diġitali kritika u l-attakki ċibernetiċi, tikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għarfien dwar ir-riskji u l-għarfien tal-proċessi taċ-ċibersigurtà, tappoġġa lill-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati biex jiksbu l-livelli bażiċi ta’ ċibersigurtà, pereżempju billi jimplimentaw kriptaġġ minn tarf sa tarf tal-aġġornamenti tad-data u tas-software;
(f)
ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-isferi ċivili u tad-difiża fir-rigward ta’ proġetti, servizzi, kompetenzi u applikazzjonijiet b’użu doppju fiċ-ċibersigurtà, inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji taċ-ċibersigurtà mfassla apposta għall-infrastruttura relatata mad-difiża, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/887 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(g)
tistabbilixxi u tħaddem il-Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà stabbilit mill-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2025/38, inkluż ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà stabbilita mill-Artikolu 14 tar-Regolament 2025/38 (ir-“Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà”), biex jappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija u fir-rispons għall-inċidenti sinifikanti taċ-ċibersigurtà u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira, b’mod komplementari għar-riżorsi u għall-kapaċitajiet nazzjonali u għal forom oħra ta’ appoġġ disponibbli fil-livell tal-Unjoni, u biex jappoġġa utenti oħra fir-rispons għall-inċidenti sinifikanti taċ-ċibersigurtà u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|