+Artikolu 6 L-Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
|
Artikolu 6 L-Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 3 - Iċ-Ċibersigurtà u l-Fiduċja għandu jkollha l-objetttivi operazzjonali li ġejjin:
(a)
tappoġġa l-akkumulazzjoni u l-akkwist ta’ tagħmir avvanzati għaċ-ċibersigurtà, għodod u infrastrutturi tad-data, flimkien mal-Istati Membri, sabiex jinkiseb livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà f’livell Ewropew, b’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika tal-Unjoni;
▼M2
(aa)
tappoġġa l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà stabbilita mill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2025/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
) (is-“Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà”), inkluż l-iżvilupp, l-użu u l-operat taċ-Ċentri Ċibernetiċi Nazzjonali u taċ-Ċentri Ċibernetiċi Transfruntieri li jikkontribwixxu għall-għarfien sitwazzjonali fl-Unjoni u biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-intelligence dwar it-theddid ċibernetiku tal-Unjoni;
▼B
(b)
tappoġġa l-akkumulazzjoni u l-aħjar użu tal-għarfien, tal-kapaċità u tal-ħiliet Ewropej relatati maċ-ċibersigurtà u l-kondiviżjoni u l-integrazzjoni tal-aħjar prattiki;
(c)
tiżgura użu wiesa’ ta’ soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà effikaċi tal-aqwa kwalità madwar l-ekonomija Ewropea, b’attenzjoni speċjali għall-awtoritajiet pubbliċi u l-SMEs;
(d)
tirrinforza l-kapaċitajiet fl-Istati Membri u s-settur privat biex jgħinuhom jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
) inkluż permezz ta’ miżuri li jappoġġaw l-adozzjoni tal-aħjar prattiki taċ-ċibersigurtà;
▼M3
(e)
ittejjeb ir-reżiljenza kontra t-theddidiet ċibernetiċi u ibridi kontra l-infrastruttura diġitali kritika u l-attakki ċibernetiċi, tikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għarfien dwar ir-riskji u l-għarfien tal-proċessi taċ-ċibersigurtà, tappoġġa lill-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati biex jiksbu l-livelli bażiċi ta’ ċibersigurtà, pereżempju billi jimplimentaw kriptaġġ minn tarf sa tarf tal-aġġornamenti tad-data u tas-software;
(f)
ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-isferi ċivili u tad-difiża fir-rigward ta’ proġetti, servizzi, kompetenzi u applikazzjonijiet b’użu doppju fiċ-ċibersigurtà, inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji taċ-ċibersigurtà mfassla apposta għall-infrastruttura relatata mad-difiża, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/887 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
);
▼M2
(g)
tistabbilixxi u tħaddem il-Mekkaniżmu ta’ Emerġenza għaċ-Ċibersigurtà stabbilit mill-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2025/38, inkluż ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà stabbilita mill-Artikolu 14 tar-Regolament 2025/38 (ir-“Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà”), biex jappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija u fir-rispons għall-inċidenti sinifikanti taċ-ċibersigurtà u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira, b’mod komplementari għar-riżorsi u għall-kapaċitajiet nazzjonali u għal forom oħra ta’ appoġġ disponibbli fil-livell tal-Unjoni, u biex jappoġġa utenti oħra fir-rispons għall-inċidenti sinifikanti taċ-ċibersigurtà u inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq skala ekwivalenti għal skala kbira.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-azzjonijiet skont l-Objettiv Speċifiku 3 għandhom ikunu implimentati primarjament permezz taċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u tan-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/887. Madanakollu, ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni u, f’konformità mal-Artikolu 14(6) tar-Regolament (UE) 2025/38, minn ENISA.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|