+Artikolu 8 1.

Artikolu 8 1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 5 - L-implimentazzjoni u l-Aħjar Użu tal-Kapaċitajiet Diġitali u l-Interoperabbiltà għandu jkollha l-objettivi operazzjonali li ġejjin filwaqt li jitnaqqas id-distakk diġitali:

▼M3

(a) 

tappoġġa lis-settur pubbliku u oqsma ta’ interess pubbliku, bħas-saħħa u l-kura, l-edukazzjoni, il-ġudikatura, id-dwana, il-protezzjoni ċivili, id-difiża, it-trasport, il-mobbiltà, l-enerġija, l-ambjent, is-setturi kulturali u kreattivi, inkluż in-negozji rilevanti stabbiliti fi ħdan l-Unjoni, biex effettivament jimplimentaw u jaċċessaw teknoloġiji diġitali mill-aktar avvanzati, bħall-HPC, il-kwantum, l-IA u ċ-ċibersigurtà;

▼B

(b) 

timplimenta, tħaddem u żżomm infrastrutturi trans-Ewropej ta’ servizz diġitali interoperabbli tal-ogħla livell mal-Unjoni kollha, inkluż servizzi relatati, f’komplimentarjetà ma’ azzjonijiet nazzjonali u reġjonali;

(c) 

tappoġġa l-integrazzjoni u l-użu ta’ infrastrutturi trans-Ewropej ta’ servizzi diġitali u ta’ standards diġitali Ewropej miftiehma fis-settur pubbliku u fl-oqsma ta’ interess pubbliku sabiex ikunu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-interoperabbiltà kosteffiċjenti;

(d) 

tiffaċilita l-iżvilupp, l-aġġornament u l-użu ta’ soluzzjonijiet u oqfsa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, min-negozji u miċ-ċittadini, inkluż ta’ soluzzjonijiet ta’ sors miftuħ u l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet u oqsfa ta’ interoperabbiltà;

(e) 

toffri lis-settur pubbliku u lill-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari lill-SMEs, aċċess faċli għall-ittestjar u l-pilotaġġ tat-teknoloġiji diġitali użieda fl-użu tagħhom, inkluż l-użu transfruntier tagħhom;

(f) 

tappoġġa t-teħid mis-settur pubbliku u l-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari mill-SMEs u n-negozji ġodda, ta’ teknoloġiji avvanzati diġitali u dawk relatati, inkluż b’mod partikolari l-HPC, l-IA, iċ-ċibersigurtà, teknoloġiji futuri oħra fuq quddiem nett, bħat-teknoloġiji tar-reġistri distribwiti (eż. il-blockchain);

(g) 

tappoġġa t-tfassil, l-ittestjar, l-applikazzjoni, u l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tas-soluzzjonijiet diġitali interoperabbli, inkluż soluzzjonijiet diġitali tal-gvern, għas-servizzi pubbliċi fil-livell tal-Unjoni li jkunu mwassla permezz ta’ pjattaforma ta’ soluzzjonijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw u huma xprunati mid-data li jkollhom l-għan li jrawwmu l-innovazzjoni u li jistabbilixxu oqfsa komuni sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-servizzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għaċ-ċittadini u n-negozji;

(h) 

tiżgura l-kapaċità kontinwa fil-livell tal-Unjoni biex tmexxi l-iżvilupp diġitali, kif ukoll li tosserva, tanalizza u tadatta x-xejriet diġitali li qed jevolvu malajr, u l-kondiviżjoni u l-integrazzjoni tal-aħjar prattiki;

(i) 

tappoġġa l-kooperazzjoni lejn il-kisba ta’ ekosistema Ewropea għall-infrastrutturi diġitali u ta’ qsim ta’ data li jgawdu l-fiduċja bl-użu, fost l-oħrajn, ta’ servizzi u applikazzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji tar-reġistri distribwiti (eż blockchain), inkluż l-appoġġ għall-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni u bit-trawwim tal-użu tal-applikazzjonijiet transfruntiera tal-Unjoni bbażati fuq is-sigurtà u l-privatezza bid-disinn, filwaqt li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar il-konsumatur u l-protezzjoni tad-data;

(j) 

tibni u ssaħħaħ in-network ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej u n-network tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.